Dwar
Aħna nikkontribwixxu biex inżommu s-sistema bankarja fl-Ewropa sikura u soda
Huwa importanti għaċ-ċittadini Ewropej li jserrħu rashom li flushom fil-bank huma fiċ-ċert u li l-banek huma b’saħħithom biżżejjed biex jifilħu għall-kriżijiet. Nagħmlu dan billi nimmonitorjaw il-banek b’mod konsistenti u standardizzat madwar iż-żona tal-euro kollha.
Naħdmu biex inżommu s-sistema bankarja sikura u soda, sabiex inti tkun tista’ sserraħ rasek li l-bank tiegħek dejjem se jkun qed jaħdem tajjeb u jkun jista’ jagħti self lin-nies u n-negozji.
Superviżjoni bankarja Ewropea
Kif taħdem is-superviżjoni bankarja u x’nagħmlu?
Sir af aktar f'dan il-vidjo ta’ żewġ minuti
Naħdmu flimkien biex nagħmlu s-superviżjoni tal-banek
Naħdmu ma’ superviżuri nazzjonali biex nagħmlu superviżjoni direttament ta’ banek sinifikanti akbar. Nikkollaboraw mill-qrib ukoll ma’ superviżuri nazzjonali fil-kontrolli ta’ banek iżgħar u inqas sinifikanti f’kull pajjiż. Dan kollu jseħħ fi ħdan struttura msejħa l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku.
Sir af ta’ liema banek nagħmlu superviżjoniL-unjoni bankarja
Is-superviżjoni bankarja Ewropea hija wieħed mit-tliet pilastri tal-unjoni bankarja li ġiet stabbilita wara l-kriżi finanzjarja tal-2008 bil-għan li toħloq suq sikur, aktar trasparenti u unifikat għall-banek. Hemm żewġ pilastri fis-seħħ: Is-Superviżjoni bankarja Ewropea u l-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni
Sir af aktar dwar l-unjoni bankarjaAħna responsabbli lejn iċ-ċittadini Ewropej
Is-superviżjoni tal-banek hija responsabbiltà enormi. Irridu nkunu kapaċi nieħdu deċiżjonijiet b’mod indipendenti sabiex inwettqu dan il-kompitu. Madankollu, aħna responsabbli bis-sħiħ quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-UE u nirrappurtaw regolarment dwar id-deċiżjonijiet tagħna.
Sir af aktar dwar ir-responsabbiltà fil-BĊEStorja tas-superviżjoni bankarja Ewropea
Minn meta bdejna nagħmlu s-superviżjoni tal-banek Ewropej aktar minn 10 snin ilu, l-għadd ta’ self li ma jrendix naqas, il-banek saru aktar stabbli, u issa huma mgħammra aħjar biex jindirizzaw l-isfidi ta’ ambjent ta’ riskju li qed jinbidel.
Esplora l-objettivi superviżorji tagħnaL-organizzazzjoni tagħna
Il-kompiti superviżorji u tal-politika monetarja tal-BĊE huma distinti minn xulxin u jitwettqu separatament. Il-Bord Superviżorju huwa responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet u biex imexxi suġġetti relatati max-xogħol ta’ superviżjoni bankarja tagħna. Madankollu, bħad-deċiżjonijiet tal-BĊE kollha, il-Kunsill Governattiv tagħna jrid japprovahom qabel isiru finali.
Aqra aktar dwar l-istruttura u t-tmexxija tagħnaTixtieq taħdem magħna?
Trid tikkontribwixxi għall-missjoni tagħna li nżommu l-banek Ewropej sikuri? Ħerqan(a) li tingħaqad mat-tim internazzjonali u divers tagħna?
Sir af aktar dwar xogħol mal-BĊEIkkuntattjana
Għandek xi mistoqsijiet dwar is-superviżjoni bankarja Ewropea u x’nagħmlu? Sib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet l-aktar popolari jew ibgħatilna waħda tiegħek inti.