Avviż tariffarju u ħlas
It-tariffa superviżorja annwali tista’ titħallas bl-użu ta’ wieħed minn dawn il-metodi ta’ ħlas:
- Debitu dirett bis-SEPA (Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro)
- Trasferiment ta’ kreditu bis-SEPA
- Trasferiment ta’ kreditu b'TARGET
Debitu dirett bis-SEPA
Id-debitu dirett bis-SEPA huwa l-metodu ta’ ħlas irrakkomandat.
Il-BĊE l-ewwel jinnotifika lid-debitur tariffarju li jkun wasal biex isir ħlas b’debitu dirett, u mbagħad jibda proċess ta’ debitu dirett biex it-tariffa superviżorja tidħol bħala kreditu fil-kont bankarju tal-BĊE sad-data dovuta.
Mandat ta’ debitu dirett bis-SEPA jagħti lid-debitur tariffarju d-dritt li:
- jirrevoka x’ħin irid l-awtorizzazzjoni ta’ debitu dirett mogħtija lill-BĊE
- jieħu rimborż tal-ammont sħiħ jekk dan jintalab fi żmien tmien ġimgħat mid-data li fiha l-kont bankarju tad-debitur tariffarju jkun ġie ddebitat
- Kampjun tal-formola tal-mandat ta’ debitu dirett bis-SEPA
- Mistoqsijiet komuni
Trasferiment ta’ kreditu bis-SEPA jew TARGET
Għal trasferimenti ta’ kreditu permezz tas-SEPA jew TARGET, id-debitur tariffarju jibda l-proċess tal-ħlas tariffarju superviżorja sad-data dovuta. Il-ħlas jitqies li jkun sar sad-data dovuta jekk l-ammont sħiħ jidħol bħala kreditu fil-kont bankarju tal-BĊE fi żmien 35 jum mill-ħruġ tal-avviż tariffarju.
Proċess ta’ fatturazzjoni
Il-BĊE joħroġ avviżi tariffarji superviżorji lid-debituri tariffarji kull sena. Għal debituri tariffarji li huma parti mis-superviżjoni bankarja Ewropea permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib, jinħareġ avviż tat-tariffa mill-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti.
Kampjun tal-avviż tariffarju 2023
Kampjun tal-avviż tariffarju 2022
Kampjun tal-avviż tariffarju 2021
Kampjun tal-avviż tariffarju 2020
Kampjun tal-avviż tariffarju 2019
Kampjun tal-avviż tariffarju 2018
Kampjun tal-avviż tariffarju 2017
Kampjun tal-avviż tariffarju 2016
Kampjun tal-avviż tariffarju 2015
Ħlasijiet li jkunu qabżu
Jekk il-ħlasijiet ma jsirux fil-ħin jew ma jkunux sħaħ, il-BĊE għandu d-dritt jimponi l-imgħax.
L-imgħax jakkumula minn jum għal jum fuq l-ammont pendenti b’rata ta’ mgħax ekwivalenti għar-rata ewlenija ta’ rifinanzjament tal-BĊE b’żieda ta’ 8 punti perċentwali mid-data li fiha l-ħlas kien dovut.
Mistoqsijiet dwar l-avviż tariffarju
Għal mistoqsijiet ġenerali dwar l-avviż tariffarju, jekk jogħġbok żur is-sezzjoni tal-mistoqsijiet komuni jew ikkuntattjana fi SSM-fee-enquiries@ecb.europa.eu.
Mistoqsijiet komuni