Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Ġlieda kontra l-ħasil tal-flus

Filwaqt li l-kompiti tas-superviżjoni tal-BĊE jeskludu b’mod espliċitu s-superviżjoni tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT), il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jistgħu joħolqu riskji sinifikanti għas-sikurezza u għar-robustezza tal-banek. Għaldaqstant inqisu riskji bħal dawn fis-superviżjoni prudenzjali tagħna.   

Id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital (CRD) tiċċara r-rabta bejn is-superviżjoni prudenzjali u s-superviżjoni tal-AML/CFT u teħtieġ li s-superviżuri prudenzjali jaġixxu fuq informazzjoni relatata mal-AML/CFT. B’mod partikolari, is-CRD tintroduċi obbligu ta’ kooperazzjoni espliċitu bejn is-superviżuri prudenzjali, is-superviżuri tal-AML/CFT u l-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja. Dan jiffaċilita superviżjoni effiċjenti u effettiva, u azzjoni superviżorja kkoordinata fejn ikun hemm bżonn.

Fl-2024, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, adotta pakkett leġiżlattiv ġdid dwar l-AML/CFT li jarmonizza regoli tal-UE dwar l-AML/CFT għall-ewwel darba biex jipproteġi liċ-ċittadini u lis-sistema finanzjarja tal-UE kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. Il-pakkett jinkludi regolament li jistabbilixxi awtorità ġdida tal-UE kontra l-ħasil tal-flus (l-Awtorità għall-Ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-Ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu - AMLA) li għandhom setgħat superviżorji diretti u indiretti fuq entitajiet obbligati ta’ riskju għoli fis-settur finanzjarju. 

F’Ġunju 2025, il-BĊE kkonkluda Memorandum ta’ Fehim mal-AMLA li jiddefinixxi kif naħdmu flimkien. Jistabbilixxi prinċipji għall-iskambju ta’ informazzjoni u kollaborazzjoni regolari dwar il-politiki u l-istandards.

Is-supervizjoni tal-konformità ta’ istituzzjonijiet finanzjarji mar-rekwiżiti tal-AML/CFT tibqa’ l-kompetenza esklussiva tal-awtoritajiet tal-AML/CFT. Madankollu, tħassib dwar il-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu – speċjalment it-tħassib li jirriżulta mill-valutazzjonijiet tar-riskji tal-AMLA u tal-awtoritajiet nazzjonali tal-AML/CFT assoċjati ma’ istituzzjonijiet individwali – ser jiġu kkunsidrati fil-proċess superviżorju prudenzjali u b'mod partikolari:

  1. fl-awtorizzazzjoni u fil-valutazzjoni tal-kompetenza u tal-idoneità, sa fejn il-mudell tan-negozju tal-applikant, is-sistemi u kontrolli proposti tal-ġestjoni tar-riskju, u l-adegwatezza tal-azzjonisti, il-membri, il-korp ta’ ġestjoni, il-maniġment anzjan u detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin jagħtu lok għal riskji ta’ ħasil ta’ flus u finanzjament tat-terroriżmu;

  2. bħala parti mis-superviżjoni kontinwa u mill-Proċess Superviżorju ta Rieżami u Evalwazzjoni (SREP), fir-rieżami tar-riskji, meta riskji kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu huma konnessi ma’ mudelli tan-negozju, l-operazzjonijiet ta' kreditu, il-governanza u l-ġestjoni tar-riskji interna;

  3. meta jieħdu kwalunkwe miżura amministrattiva prudenzjali, b’mod partikolari, l-impożizzjoni ta’ penali jew it-tkomplija bil-proċess ta’ rtirar ta’ awtorizzazzjoni, b’hekk jiġi żgurat li d-dgħufijiet relatati mal-AML/CFT b'impatt prudenzjali jiġu kkunsidrati fl-applikazzjoni ta’ miżuri superviżorji prudenzjali u setgħat li jtaffu tħassib prudenzjali.

F’dan l-isfond, kooperazzjoni mill-qrib u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn superviżuri prudenzjali, l-AMLA u awtorità nazzjonali tal-AML/CFT jibqgħu essenzjali. Dan għaliex is-superviżuri prudenzjali jużaw l-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet tal-AML/CFT fil-proċessi superviżorji tagħhom, u s-superviżuri tal-AML/CFT jużaw l-informazzjoni mis-superviżuri prudenzjali biex jinfurmaw l-approċċ tagħhom għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-AML/CFT.

Żieda fokali regolatorja u superviżorja waħedha mhijiex biżżejjed biex tiġġieled b’suċċess il-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu fis-settur finanzjarju. Huma l-ewwel u qabel kollox l-istituzzjonijiet li jridu jiżguraw li ma jintużawx għal dawn l-iskopijiet u li l-kwistjonijiet dwar l-AML/CFT jiġbdu l-attenzjoni fuq ġestjoni xierqa.

Biex jagħmlu dan, l-istituzzjonijiet iridu jiżguraw fi kwalunwke ħin li l-membri tal-korp ta’ ġestjoni u l-maniġment anzjan ikunu ta’ reputazzjoni suffiċjentement tajba u jkollhom biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza biex jaqdu dmirijiethom. L-istituzzjonijiet huma responsabbli wkoll biex jiżguraw li l-governanza u l-ġestjoni ta’ riskju tagħhom huma adegwati u jkunu jistgħu jidentifikaw, jivvalutaw u jiġġestixxu r-riskji li huma (jew jistgħu jkunu) esposti għalihom, inklużi riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

Sir af aktar dwar kontenut relatat

Diskorsi

Ġunju 2023 - Ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u superviżjoni bankarja Ġunju 2022 - Ir-rwol tas-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE fl-AML/CFT Frar 2022 - Lejn qafas tal-AML/CFT aktar b’saħħtu fl-UE

Blog posts dwar is-superviżjoni

Frar 2023 - Il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus permezz tal-banek Ewropej Frar 2022 - Għal awtorità Ewropea kontra l-ħasil tal flus stabbilita għal kollox

Stqarrijiet għall-istampa

Ġunju 2025 - Il-BĊE u l-AMLA jiffirmaw ftehim dwar il-kooperazzjoni

Il-paġni kollha f’din it-taqsima

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)