Tariffi superviżorji
Il-BĊE jkopri l-ispejjeż tal-kompiti u r-responsabbiltajiet superviżorji tiegħu billi jimponi tariffa annwali fuq il-banek kollha taħt superviżjoni.
Ir-Regolament tal-BĊE dwar tariffi superviżorji jistabbilixxi l-metodoloġija u l-proċedura għall-kalkolu u l-ġbir tat-tariffi superviżorji annwali tal-BĊE. Din it-taqsima tal-websajt tas-superviżjoni bankarja tikkumplimenta dan il-proċess.
Dati importanti
Data tal-għeluq għan-nomina ta’ debitur tariffarju (għall-gruppi bankarji biss) | 30 ta’ Settembru 2024 |
Data tal-għeluq biex jintbagħtu dettalji ta’ kuntatt tad-debitur tariffarju | 30 ta’ Settembru 2024 |
Data tal-għeluq għan-notifika tal-esklużjoni tal-assi totali u/jew l-espożizzjoni għar-riskju li jikkorrispondu mas-sussidjarji mhux MSU (fejn applikabbli) | 30 ta’ Settembru 2024 |
Data tal-għeluq biex jintbagħtu l-fatturi tariffarji (fejn applikabbli) | 11 ta' Novembru 2024 |
Pubblikazzjoni tal-fatturi tariffarji (għad-debituri tariffarji kollha) | Jannar 2025 |
Ħruġ mistenni tal-avviżi tariffarji | Mejju 2025 |
Data tal-għeluq għall-ħlas | 35 jum wara l-ħruġ tal-avviżi tariffarji |
Min għandu jħallas?
Il-banek kollha taħt superviżjoni li huma stabbiliti fil-pajjiżi li qed jipparteċipaw fis-superviżjoni bankarja Ewropea.
Debitur tariffarjuKif tiġi kkalkulata t-tariffa?
It-tariffa tiġi kkalkulata skont l-importanza u l-profil tar-riskju tal-bank. Bħala prinċipju, il-banek il-kbar bi profili tar-riskju għoljin iħallsu tariffi aktar għoljin.
Ikkalkula t-tariffa tiegħekKif titħallas it-tariffa superviżorja
Hemm diversi modi kif tħallas it-tariffa superviżorja. Id-dettalji jinsabu fl-avviż tariffarju li jintbagħat kull sena.
Avviż tariffarju u ħlasX’inhuma l-fatturi tariffarji?
Il-fatturi tariffarji huma dejta dwar bank taħt superviżjoni li tintuża għall-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali.
Fatturi tariffarjiBidla fis-sitwazzjoni tal-bank tiegħi taffettwa t-tariffa superviżorja annwali tiegħi?
Bidla fis-sitwazzjoni tal-bank tiegħek, bħal bidla fl-istat superviżorju, irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew għaqda, tista’ taffettwa t-tariffa superviżorja.
Bidla fis-sitwazzjoniIkkuntattja lit-tim tat-tariffi
European Central Bank
Budgeting and Controlling Division
60640 Frankfurt am Main
Germany