Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

X'inhuma l-kriterji li jagħmlu bank sinifikanti?

Il-kriterji biex jiġi ddeterminat jekk il-banek humiex ikkunsidrati sinifikanti - u għalhekk taħt is-superviżjoni diretta tal-BĊE - huma stabbiliti fir-Regolament MSU u fir-Regolament Qafas tal-MSU. Biex jikkwalifikaw bħala sinifikanti, il-banek għandhom jissodisfaw mill-inqas wieħed minn dawn il-kriterji.

Il-BĊE jista’ jiddeċiedi fi kwalunkwe ħin li jikklassifika bank bħala sinifikanti biex jiżgura li standards superviżorji għoljin jiġu applikati b’mod konsistenti.

Kriterji ta’ sinifikanza
Daqs il-valur totali tal-assi tiegħu jaqbeż €30 biljun;
Importanza ekonomika: għall-pajjiż speċifiku jew l-ekonomija tal-UE inġenerali
Attivitajiet trankonfinali il-valur totali tal-assi tiegħu jaqbeż € 5 biljun u l-proporzjon tal-assi/passivi transkonfinali tiegħu f'aktar minn Stat Membru parteċipant ieħor għall-assi/passivi totali tiegħu huwa ogħla minn 20%
Assistenza finanzjarja pubblika diretta talab jew ħa assistenza finanzjarja diretta mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà jew mill-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja
Bank taħt superviżjoni jista’ wkoll ikun ikkunsidrat sinifikanti jekk huwa wieħed mit-tliet banek l-aktar sinifikanti stabbiliti f'pajjiż partikolari.

Bidla ta’ status sinifikanti

Il-BĊE jagħmel reviżjonijiet regolari tal-banek kollha awtorizzati fil-pajjiżi parteċipanti. L-istatus tal-banek jista’ jinbidel: jew permezz ta' attività normali tan-negozju jew minħabba avvenimenti ta’ darba bħal fużjonijiet jew akkwisti. F’każijiet bħal dawn, il-BĊE u s-superviżuri nazzjonali involuti jikkoordinaw it-trasferiment tar-responsabbiltajiet superviżorji.

Bidla fl-istatus superviżorju tista’ tfisser bidla fl-ammont tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jitħallsu lill-BĊE.

Status superviżorju u tariffi

Bidla minn inqas sinifikanti għal sinifikanti

Jekk bank inqas sinifikanti jissodisfa xi wieħed mill-kriterji għall-ewwel darba, huwa jiġi kklassifikat mill-ġdid bħala sinifikanti. Is-superviżur nazzjonali mbagħad jgħaddi r-responsabbiltà għal superviżjoni diretta lill-BĊE

Bidla minn sinifikanti għal inqas sinifikanti

Jekk bank sinifikanti jonqos milli jissodisfa l-kriterji għal tliet snin konsekuttivi, jista’ jiġi kklassifikat mill-ġdid bħala inqas sinifikanti. Ir-responsabbiltà superviżorja diretta għalih mbagħad tmur lura għall-awtorità nazzjonali rilevanti.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)