Aċċess għad-dokumenti
It-trasparenza hija kruċjali għal kif jaħdem il-BĊE. Għalhekk aħna impenjati li nikkomunikaw bil-miftuħ kull meta jkun possibbli. Barra milli nippubblikaw stqarrijiet għall-istampa, diskorsi, intervisti u pubblikazzjonijiet, aħna nipprovdu aċċess għal reġistru pubbliku ta' dokumenti li fih:
- dokumenti storiċi dwar il-predeċessuri tal-BĊE
 - dokumenti rrilaxxati b'risposta għal talbiet ta' aċċess pubbliku
 - korrispondenza mal-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea u awtoritajiet oħrajn
 - dokumenti dwar il-gruppi tal-BĊE b'parteċipazzjoni esterna
 - djarji tal-membri tal-bord