Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Tariffi annwali totali

Il-BĊE jimponi tariffa superviżorja annwali fuq il-banek kollha taħt superviżjoni biex ikopri l-ispejjeż tas-superviżjoni bankarja.

It-tariffi totali annwali huma bbażati fuq l-ispejjeż attwali mġarrba, li jkunu magħrufa wara l-għeluq tal-kontijiet finanzjarji tal-BĊE għas-sena kkonċernata. Dan ifisser li l-ammont totali ta’ tariffi superviżorji annwali u d-Deċiżjoni tal-BĊE relatata jiġu ppubblikati f'Marzu tas-sena ta’ wara, fl-istess żmien tar-Rapport Annwali tal-BĊE dwar attivitajiet superviżorji.

Deċiżjoni tal-BĊE 2024 dwar it-tariffi superviżorji annwali totali

It-tariffa għall-2024 se tinġabar fit-tieni trimestru tal-2025.

Il-Kapitolu 7 tar-Rapport Annwali tal-BĊE dwar l-attivitajiet superviżorji jipprovdi tagħrif ta’ spjegazzjoni dwar in-nefqa attwali u l-għadd ta’ persunal għall-kompiti superviżorji tal-BĊE u jiddeskrivi l-qafas tat-tariffa superviżorja għal dak il-perjodu ta’ rappurtar. Fih ukoll l-ammont stmat tal-ispejjeż annwali għall-perjodu tariffarju li jmiss.

Rapport Annwali tal-BĊE dwar l-attivitajiet superviżorji

Xi tkopri t-tariffa?

L-ammont totali ta’ tariffi superviżorji annwali jkopri n-nefqa tal-BĊE fir-rigward tal-kompiti superviżorji tiegħu għal Jannar sa Diċembru tal-perjodu tariffarju rilevanti. L-ammont totali ta’ tariffi superviżorji annwali jikkonsisti minn:

  • in-nefqa annwali totali għall-perjodu tariffarju rispettiv
  • kwalunkwe ammont li jkun daħal jew ġie rimborżat skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorji relatati ma’ bidliet, bħall-awtorizzazzjonijiet ta’ banek ġodda taħt superviżjoni, l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet, u bidliet fl-istatus minn sinifikanti għal inqas sinifikanti jew bil-maqlub
  • kwalunkwe tariffa marbuta ma’ perjodi tariffarji preċedenti li ma setgħetx tinġabar
  • imgħax li jkun daħal minħabba li d-debitur tariffarju jkun ħallas wara d-data ta’ skadenza
Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorji Bidla fis-sitwazzjoni

Nefqa annwali totali

In-nefqa annwali tal-BĊE għas-superviżjoni bankarja tikkonsisti primarjament mill-ispejjeż li jkollhom x’jaqsmu direttament mal-kompiti superviżorji tiegħu:

  • superviżjoni diretta ta’ banek jew ta' gruppi bankarji sinifikanti: l-ispejjeż huma assoċjati prinċipalment mat-Timijiet Superviżorji Konġunti u spezzjonijiet fuq il-post
  • sorveljanza tas-superviżjoni ta’ banek jew gruppi bankarji inqas sinifikanti: spejjeż assoċjati ma’ attivitajiet ta’ sorveljanza
  • twettiq ta’ kompiti orizzontali u servizzi speċjalizzati: spejjeż assoċjati ma’ attivitajiet bħall-ħidma tas-Segretarjat tal-Bord Superviżorju, kompiti makroprudenzjali, servizzi statistiċi u servizzi legali speċifiċi

Kull kategorija ta’ kompiti tinkludi wkoll spejjeż li jkollhom x’jaqsmu indirettament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, bħal servizzi komuni pprovduti mill-oqsma tax-xogħol ta’ sostenn tal-BĊE, fosthom bini, ġestjoni tar-riżorsi umani u servizzi tat-teknoloġija tal-informatika (IT).

Organigramma Kontijiet Annwali tal-BĊE

Aġġustamenti għan-nefqa annwali totali

Kull bank jew grupp bankarju taħt superviżjoni għandu jħallas tariffa għas-sena, jew għal parti minnha, li fiha jkun taħt superviżjoni. Meta jseħħ tibdil fis-sitwazzjoni ta’ bank jew ta' grupp bankarju wara li l-BĊE jkun iffinalizza l-avviż tariffarju superviżorju individwali, l-aġġustament relatat jiġi rifless fl-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għall-perjodu tariffarju li jkun imiss. Bidliet fis-sitwazzjoni jinkludu l-awtorizzazzjonijiet ta’ banek ġodda taħt superviżjoni, l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet u bidliet fl-istatus minn sinifikanti għal inqas sinifikanti jew bil-maqlub.

Bidla fis-sitwazzjoni

Il-BĊE jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jiġbor it-tariffi superviżorji mill-banek u mill-gruppi bankarji taħt superviżjoni. L-imgħax li jidħol fuq ħlas li jkun sar wara d-data ta’ skadenza u l-ammonti li ma setgħux jinġabru jitqiesu biex jiġi stabbilit l-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għas-sena ta’ wara.

Għall-2024, sar aġġustament nett ġenerali ta’ -€73,745 għan-nefqa annwali totali. Dan huwa magħmul minn €4,538 relatati ma’ kalkoli mill-ġdid għal perjodi ta’ ħlas preċedenti u -€78,283 ta’ imgħax għal ħlas tard irċevut.

Tariffi superviżorji annwali totali għall-perjodu tariffarju 2024

Għall-perjodu tariffarju tal-2024, it-tariffi superviżorji annwali totali li nġabru huma ta’ madwar €680.6 miljun (ara t-tabella hawn taħt). Dan ifisser żieda ta' €26.9 miljun fuq it-tariffi superviżorji annwali totali imposti fl-2023, li ammontaw għal €653.7 miljun.

Total intaxxat (miljuni ta’ EUR)

Perjodu tariffarju 2023

Perjodu tariffarju 2024

Tariffi superviżorji totali

653.7

680.6

Nefqa annwali

653.5

680.6

Aġġustamenti għan-nefqa annwali

0.2

-0.1

Nota: Jista’ jkun li t-totali fit-tabella ma jaqblux minħabba żieda/tnaqqis sal-eqreb numru sħiħ.

Iż-żieda fin-nefqa fl-2024 tirrifletti użu akbar tal-baġit ippjanat fost funzjonijiet superviżorji, u dan jirriżulta minn attivitajiet superviżorji intensifikati u żvilupp kontinwu ta’ u titjib fis-sistemi tal-IT, kif ukoll effetti kontinwi tal-inflazzjoni. Aktar dettalji dwar tariffi tas-superviżjoni tal-2024, kif ukoll il-prospetti għal-2025, jistgħu jinstabu fil-Kapitolu 7 tar-Rapport Annwali tal-BĊE dwar l-attivitajiet superviżorji tal-2024

Kemm tħallas kull kategorija ta' banek?

L-ammont li jiġi rkuprat permezz ta’ tariffi superviżorji annwali jiddependi fuq jekk l-entità jew il-grupp bankarju taħt superviżjoni jkunx istituzzjoni sinifikanti (SI) jew istituzzjoni inqas sinifikanti (LSI) u, għalhekk, kemm jiġu eżaminati bir-reqqa mill-BĊE.

(miljuni ta’ EUR)  Tariffi għall-SIs 2024 Tariffi għal-LSIs 2024 Total
Tariffi superviżorji totali

651.4

29.2

680.6

Nefqa annwali

651.4

29.2

680.6

Aġġustamenti għan-nefqa annwali

-0.1

-0.0

-0.1

Nota: Jista’ jkun li t-totali fit-tabella ma jaqblux minħabba żieda/tnaqqis sal-eqreb numru sħiħ.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)
<