Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Organizzazzjoni u governanza

Aħna niżguraw superviżjoni effettiva u konsistenti

Fil-BĊE, għandna timijiet dedikati li jittrattaw kwistjonijiet ta’ superviżjoni bankarja. Aħna naħdmu wkoll mill-qrib mas-superviżuri nazzjonali. Flimkien, niżguraw li l-banek issirilhom superviżjoni b’mod effettiv u konsistenti b’mod ġenerali.

Separazzjoni tar-responsabbiltajiet

Is-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE topera b’mod indipendenti mill-attivitajiet tal-politika monetarja tal-BĊE. Biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess potenzjali, il-persunal u l-korpi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għal dawn iż-żewġ oqsma jinżammu separati.

Skopri dwar kif aħna mmexxijin

L-istruttura tagħna

Taħt it-tmexxija taċ-Chairperson u tal-Viċi-Chairperson tal-Bord Superviżorju, bosta oqsma tan-negozju speċjalizzati jiffokaw fuq aspetti differenti tal-operazzjonijiet tal-banek. Jaħdmu biex jiżguraw is-sigurtà tal-banek tal-Ewropa u tas-sistema finanzjarja inġenerali.

Ara l-organigramma tagħna

Kif nieħdu deċiżjonijiet

Il-BĊE jieħu deċiżjonijiet superviżorji li l-banek huma legalment meħtieġa li jsegwu. Dawn id-deċiżjonijiet huma magħmulin mill-Bord Superviżorju tagħna u mbagħad iridu jiġu adottati mill-Kunsill Governattiv.

Sir af aktar dwar il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet

Ir-rwol tas-superviżuri nazzjonali

Nikkollaboraw mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali biex nagħmlu superviżjoni tal-akbar banek tal-Ewropa. Dawn l-awtoritajiet huma responsabbli wkoll għal superviżjoni diretta tal-banek iżgħar fil-pajjiżi tagħhom, li aħna nagħmlu superviżjoni tagħhom.

Min huma s-superviżuri nazzjonali?

Il-Bord Superviżorju

Iċ-Chairperson, il-Viċi-Chairperson u erba’ Rappreżentanti tal-BĊE għall-Bord Superviżorju jiltaqgħu kull tliet ġimgħat biex jiddiskutu, jippjanaw u jwettqu l-kompiti superviżorji tal-BĊE.

TRASPARENZA

Aċċess għall-impenji tal-membri tal-Bord Superviżorju u dokumenti oħra

SKEDA TA’ KULL ĠIMGĦA TA’ IMPENJI TA’ TAĦDIT PUBBLIKU U ATTIVITAJIET OĦRA

L-iskeda ta’ kull ġimgħa tippermettilek iżżomm ruħek aġġornat(a) dwar il-pubblikazzjonijiet u l-avvenimenti li ġejjin tagħna, inklużi laqgħat tal-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet, konferenzi stampa u impenji ta’ taħdit fil-pubbliku. L-aġenda tiġi aġġornata kull nhar ta’ Ġimgħa.

Ara l-iskeda ta’ kull ġimgħa

Reġistru Pubbliku ta’ Dokumenti

Minbarra li nippubblikaw stqarrijiet għall-istampa, diskorsi, intervisti u pubblikazzjonijiet, nipprovdu wkoll aċċess għal reġistru pubbliku ta’ dokumenti.

Ara liema dokumenti tista’ taċċessa

Il-paġni kollha f’din it-taqsima

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)