Prijoritajiet u riskji
Il-prijoritajiet superviżorji tagħna jistabbilixxu l-fokus tal-attivitajiet tagħna għat-tliet snin li ġejjin. Dawn jiġu rieżaminati kull sena biex jirriflettu l-bidliet fix-xenarju tar-riskju u l-progress li jkun sar fuq il-prijoritajiet tas-sena preċedenti, u jistgħu jiġu aġġustati fi kwalunkwe ħin jekk dan ikun iġġustifikat mill-iżviluppi tar-riskju. Jiggwidaw l-ippjanar operazzjonali tal-attivitajiet superviżorji fuq medda medja ta’ żmien u jiżguraw li r-riżorsi jiġu allokati b’mod effiċjenti.
Il-prijoritajiet huma bbażati fuq ir-riskji ewlenin li l-entitajiet taħt superviżjoni jiffaċċjaw fl-ambjent makrofinanzjarju u ġeopolitiku attwali.
Prijoritajiet superviżorji tal-2026-2028X’inhuma l-prijoritajiet superviżorji?
Prijorità 1
It-tisħiħ tar-reżiljenza tal-banek għal riskji ġeopolitiċi u għal inċertezzi makrofinanzjarji
L-ambjent makrofinanzjarju u ġeopolitiku attwali jenfasizza l-ħtieġa għal reżiljenza finanzjarja b’saħħitha fis-settur bankarju Ewropew. Irridu niżguraw li l-banek jibqgħu viġilanti u kapaċi jifilħu għall-intoppi filwaqt li jiġi evitat il-kompjaċiment.
It-tisħiħ tar-reżiljenza tal-banekPrijorità 2
It-tisħiħ tar-reżiljenza operazzjonali tal-banek u t-trawwim ta’ kapaċitajiet robusti tal-ICT
Il-bidla progressiva fil-fokus mill-identifikazzjoni tar-riskju għar-rimedju tar-riskju hija karatteristika essenzjali tal-istrateġija superviżorja għall-MSU kollu. Il-banek b’nuqqasijiet materjali mhux solvuti se jintalbu jżidu l-isforzi tagħhom biex jikkonformaw bis-sħiħ mal-aspettattivi superviżorji.
It-tisħiħ tar-reżiljenza operazzjonali tal-banekStrateġija ta’ prijorità għal perjodu ta’ żmien medju għal twil
Strateġiji diġitali tal-banek (u relatati mal-IA), governanza u ġestjoni tar-riskju
Il-banek irid ikollhom strateġiji li jirriflettu b’mod effettiv l-opportunitajiet u r-riskji li jirriżultaw miż-żieda fid-diġitilizzazzjoni tal-operazzjonijiet tagħhom, b’mod partikolari mill-intelliġenza artifiċjali (IA), u li jistabbilixxu governanza u kontrolli tar-riskju robusti.
Diġitalizzazzjoni Strateġiji relatati mal-IA, governanza u ġestjoni tar-riskjuKif nużaw il-prijoritajiet superviżorji u l-valutazzjoni tar-riskju?
Il-prijoritajiet tal-MSU jikkontribwixxu għall-ippjanar superviżorju speċifiku għall-banek, peress li t-timijiet superviżorji konġunti japplikaw qafas immirat ta’ tolleranza tar-riskju li jippromwovi superviżjoni effettiva u bbażata fuq ir-riskju. B’dan il-mod, il-prijoritajiet huma importanti wkoll għall-Proċess ta’ Reviżjoni u Evalwazzjoni Superviżorji (SREP) tas-sena ta’ wara u jibbenefikaw mill-eżitu tal-eżerċizzju SREP tas-sena ta’ qabel.