Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Min aħna?

Aħna parti mis-sistema ta’ superviżjoni bankarja fl-Ewropa msejħa l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku. Tiġbor fiha l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-pajjiżi parteċipanti.

X’inhu l-kompitu tagħna?

Il-kompitu tagħna huwa li niżguraw is-sigurtà u l-istabbiltà tas-sistema bankarja Ewropea. Naħdmu wkoll biex inżidu l-integrazzjoni u l-istabbiltà finanzjarja.

Kif inwettqu dan il-kompitu?

Aħna konsistenti fis-superviżjoni tagħna u nittrattaw lill-banek kollha bl-istess mod. Aħna nwettqu l-kompiti tagħna fuq din il-bażi. Ix-xogħol tagħna jinkludi spezzjonijiet fuq il-post, investigazzjonijiet ta’ mudelli interni, rieżamijiet immirati u talbiet għal awtorizzazzjoni.

Ara l-attivitajiet superviżorji tagħna

Aħna aktar b’saħħitna għaliex naħdmu flimkien

Is-superviżjoni bankarja Ewropea hija waħda mit-tliet pilastri tal-unjoni bankarja. Iż-żewġ pilastri l-oħra huma l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u l-iskema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti. Għal sistema finanzjarja b'saħħitha u biex jingħalqu l-lakuni fil-qafas tar-riżoluzzjoni huwa importanti li titlesta l-unjoni bankarja. 

Sir af aktar dwar l-unjoni bankarja

Aħna responsabbli għalik

Aħna responsabbli għall-awtoritajiet Ewropej u nazzjonali u għalik – il-poplu tal-Ewropa. Aħna impenjati bis-sħiħ li nikkonformaw mal-leġiżlazzjoni rilevanti. U li nikkomunikaw b’mod effettiv il-ħidma tagħna.

Aqra r-rapport annwali tagħna biex issir taf aktar dwar l-attivitajiet tagħna

Trid aktar dettall?

Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar min aħna u kif taħdem is-superviżjoni bankarja Ewropea, agħti daqqa t'għajn lejn uħud mill-mistoqsijiet frekwenti tagħna.

Iċċekkja l-mistoqsijiet frekwenti tagħna

Tixtieq ittejjeb l-għarfien tiegħek dwar is-superviżjoni bankarja Ewropea? Iċċekkja l-kwiżż tagħna fuq Kahoot!

Il-paġni kollha f’din it-taqsima

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)