Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Struttura u tmexxija

Fil-BĊE, is-superviżjoni bankarja Ewropea ssir taħt it-tmexxija tal-Bord Superviżorju. Agħti daqqa t’għajn lejn kif l-organizzazzjoni tagħna hija mfassla għal aktar dettalji dwar kif naħdmu.

Kif aħna organizzati?

Bord Superviżorju

Il-Bord Superviżorju huwa responsabbli għall-ippjanar u għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tal-BĊE. Min huma l-membri ta’ dawn iż-żewġ korpi u kif inhuma organizzati?

Ara l-Bord Superviżorju u l-Kumitat ta’ Tmexxija

Bord Amministrattiv ta’ Reviżjoni

Il-Bord Amministrattiv ta’ Reviżjoni jwettaq reviżjonijiet amministrattivi interni tad-deċiżjonijiet superviżorji tal-BĊE meta mitlub mill-partijiet affettwati. Jiżgura li d-deċiżjonijiet jikkonformaw mar-regoli u mal-proċeduri relevanti.

Sir af aktar dwar il-Bord Amministrattiv ta’ Reviżjoni

Il-Bord ta’ Medjazzjoni

Il-Bord ta’ Medjazzjoni jsolvi kunflitti li jistgħu jirriżultaw meta l-Kunsill Governattiv tal-BĊE joġġezzjona għal deċiżjoni sottomessa mill-Bord Superviżorju. Il-membri tal-bord jintgħażlu mill-Kunsill Governattiv u mill-Bord Superviżorju.

Sir af dwar il-Bord ta’ Medjazzjoni

Organigramma

L-istabbiliment tas-superviżjoni bankarja Ewropea fl-2014 wassal għal tibdiliet kbar fl-istruttura organizzazzjonali tal-BĊE. Illum, sitt Direttorati Ġenerali u Segretarjat huma ddedikati esklussivament għas-superviżjoni bankarja.

Agħti ħarsa lejn iċ-ċart organizzazzjonali
M’intix espert? Iċċekkja l-ispjegazzjoni tagħna
Tgħallem iżjed
Is-superviżjoni bankarja spjegata!

Il-paġni kollha f’din it-taqsima

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)