Proċess ta’ Reviżjoni u Evalwazzjoni Superviżorji (SREP)
Is-superviżuri jivvalutaw ir-riskji li jiffaċċjaw il-banek u jivverifikaw li l-banek ikunu mgħammra biex jiġġestixxu dawk ir-riskji b’mod xieraq. Din l-attività tissejjaħ il-Proċess Superviżorju ta’ Reviżjoni u Valutazzjoni, jew SREP, u l-għan tagħha huwa li tippermetti li l-profili tar-riskju tal-banek jiġu vvalutati b’mod konsistenti u li jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-miżuri superviżorji meħtieġa.
Dokumenti SREP Rekwiżiti attwali Pilastru 2X’inhu s-SREP?
Kif qed nagħmlu dan is-SREP?
Is-superviżuri jużaw metodoloġija unika u sett ta’ għodod armonizzati biex jivvalutaw il-banek b’mod konsistenti. Huma jiffukaw fuq il-mudelli tan-negozju tal-banek, il-governanza interna, ir-riskji għall-kapital u r-riskji għal-likwidità.
Metodoloġija superviżorjaMudell tan-negozju
Is-superviżuri janalizzaw il-mudell tan-negozju ta’ bank biex jifhmu aħjar l-attivitajiet ewlenin u l-oqsma tan-negozju tiegħu, l-ambjent li jopera fih u l-vulnerabbiltajiet ewlenin tiegħu.
Mudell tan-negozjuGovernanza interna
Is-superviżuri jħarsu mill-qrib lejn kif jitmexxa bank, jeżaminaw il-persuni, il-funzjonijiet, il-korpi ta’ ġestjoni u l-kumitati ewlenin tiegħu.
Governanza interna u ġestjoni tar-riskjuRiskji għall-kapital
Is-superviżuri jivvalutaw erba’ kategoriji ta’ riskju: riskju tal-kreditu, riskju tas-suq, riskju tar-rati tal-imgħax fil-portafoll bankarju u r-riskju operattiv.
Riskji għall-kapitalRiskji għal-likwidità
Is-superviżuri jivverifikaw x’kapaċità jkollu bank biex ikopri ħtiġijiet ad hoc ta’ flus kontanti, ngħidu aħna, fi żminijiet ta’ inċertezza ekonomika meta d-depożitanti għandhom mnejn jiġbdu ħafna iżjed flus mis-soltu.
Riskji għal-likwiditàSimplifikazzjoni tal-SREP
Naħdmu biex inżommu l-akbar banek tal-Ewropa sikuri. Iżda l-ambjent li fih nagħmlu dan qed isir aktar kumpless, u qed jitfaċċaw riskji ġodda. Quddiem dawn l-isfidi, ħadna azzjoni biex inżommu l-proċess SREP effettiv u flessibbli biżżejjed.
Sir af kif issimplifikajna l-SREPTRID ISSIR TAF AKTAR?
AGĦTI ĦARSA LEJN IL-PUBBLIKAZZJONIJIET RELATATI
ARA WKOLL
X’jinforma lis-SREP?
Testijiet tal-istress
Is-superviżuri jużaw testijiet tal-istress biex jidentifikaw u jindirizzaw il-vulnerabbiltajiet tal-banek minn kmieni fil-proċess tas-SREP.
Skopri aktar dwar it-testijiet tal-istressPrijoritajiet superviżorji
Kull sena, abbażi ta’ valutazzjoni komprensiva tar-riskji ewlenin li jiffaċċjaw il-banek, is-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE tirrieżamina l-prijoritajiet superviżorji tagħha li se jiggwidaw l-SREP fis-sena li ġejja.
Sir af aktar dwar il-prijoritajiet superviżorji tagħna