Id-dritt bankarju tal-UE
Il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku huwa suġġett għall-qafas regolatorju bankarju Ewropew, li jsegwi l-Ftehim ta’ Basel u huwa armonizzat permezz tal-ġabra unika ta' regoli. Il-qafas japplika għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fis-Suq Uniku.
Standards Internazzjonali
Basel III
Basel III huwa qafas regolatorju internazzjonali li għandu l-għan li jsaħħaħ ir-regolamentazzjoni, is-superviżjoni u l-ġestjoni tar-riskju tas-settur bankarju.
Ġie żviluppat mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja u approvat mill-G20 f'Novembru 2010.
Basel III standards Pubblikazzjonijiet tal-Kumitat ta’ BaselBasel III qed jiġi implimentat fl-UE permezz tal-pakkett leġislattiv dwar ir-rekwiżiti kapitali.
Qafas regolatorju Ewropew
Attività regolatorja
Il-prodotti regolatorji tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) ivarjaw minn standards tekniċi vinkolanti għal linji gwida, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet. Huma jkopru oqsma bħal fondi proprji, irkupru u riżoluzzjoni, governanza interna u rappurtar superviżorju.
ABE: Regolamentazzjoni u politikaĠabra unika tar-regoli
Il-ġabra unika tar-regoli għandha l-għan li tiżgura l-applikazzjoni konsistenti tal-qafas bankarju regolatorju madwar l-UE. Huwa kompendju interattiv onlajn tal-pakkett tar-rekwiżiti tal-kapital u l-istandards tekniċi korrispondenti, jiġifieri:
- Standards Tekniċi Regolatorji (RTS)
- Standard Tekniċi Implimentattiv (ITS)
Jinkludi wkoll linji gwida tal-ABE u Q&As relatati.
ABE: Ġabra unika tar-regoli interattivaAqra iktar ...
ABE: Q&A dwar il-ġabra unika tar-regoliIl-pakkett tar-rekwiżiti kapitali jittrasponi l-istandards ta’ Basel III fid-dritt tal-UE u jikkonsisti f’regolament u direttiva. Il-pakkett daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014.
Regolament dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital (CRR)
Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital (CRD)
CRDAqra iktar ...
Regolament tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni
Ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni jistabbilixxi regoli u proċeduri uniformi għar-riżoluzzjoni tal-banek fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Regolament tal-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRMS)Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) u l-BĊE
Memorandum ta Ftehim bejn l-SRB u l-BĊE dwar il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni
Memorandum ta’ FtehimFtehim Intergovernattiv
Il-Ftehim Intergovernattiv dwar it-trasferiment u l-mutwalizzazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Ftehim IntergovernattivId-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek.
Id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek jistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ banek u ditti ta’ investiment.
Id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek.Aqra iktar ...
Ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti tipprovdi protezzjoni aħjar għad-depożiti taċ-ċittadini fil-każ ta' fallimenti bankarji.
Skema ta’ Garanzija tad-DepożitiAqra iktar ...
Il-Kummissjoni Ewropea: Skemi ta’ Garanzija tad-DepożitiId-Direttiva dwar il-Konglomerati Finanzjarji tistabbilixxi qafas ta’ superviżjoni supplementari ta’ entitajiet finanzjarji f’konglomerat finanzjarju.