Miżuri ta' infurzar
Il-miżuri ta’ infurzar huma mmirati biex iġiegħlu lill-banek taħt superviżjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fid-deċiżjonijiet jew fir-regolamenti superviżorji. B’differenza minn sanzjonijiet, il-miżuri ta’ infurzar mhumiex maħsuba biex jikkastigaw l-imġiba ħażina, u japplikaw biss fil-każ ta’ ksur kontinwu.
X'miżuri ta’ infurzar jista' jimponi l-BĊE?
Pagamenti perjodiċi ta' penali
Il-pagamenti perjodiċi ta’ penali (PPPs) huma miżura ta’ infurzar ewlenija disponibbli direttament għall-BĊE. Fis-superviżjoni bankarja, il-PPPs huma ammonti ta’ flus li bank taħt superviżjoni jrid iħallas jekk ikompli jikser l-obbligi tiegħu skont ir-regolamenti prudenzjali jew id-deċiżjonijiet superviżorji tal-BĊE.
L-għan huwa li tiġi żgurata konformità f’waqtha. Il-bank ikkonċernat irid iħallas ammont kuljum – li jista’ jkun sa 5% tal-fatturat medju tiegħu ta’ kuljum – għal kull ġurnata sakemm idum għaddej il-ksur, sa perjodu massimu ta’ sitt xhur (li warajh jistgħu jittieħdu azzjonijiet ulterjuri).
Skont l-Artikolu 132 tar-Regolament Qafas tal-MSU, il-BĊE jippubblika l-ammonti totali akkumulati mill-PPPs imposti fl-ambitu tal-kompiti superviżorji tiegħu, it-tip u n-natura tal-ksur u l-bank taħt superviżjoni kkonċernat.
Ħlasijiet perjodiċi ta' penali imposti mill-BĊE
| Data tad-deċiżjoni tal-BĊE | Entità taħt superviżjoni | Ammont totali (f’EUR) | Aktar informazzjoni | Status tad-deċiżjoni |
|---|---|---|---|---|
29/10/2025 | ABANCA Corporación Bancaria S.A. | 187,650 | Pubblikazzjoni Stqarrija għall-istampa | Appellabbli quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni |
Miżuri ta’ infurzar oħrajn
Il-BĊE jista’ juża wkoll miżuri ta’ infurzar disponibbli skont il-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni nazzjonali fl-Istati Membri li jipparteċipaw fis-superviżjoni bankarja Ewropea.
Reviżjoni amministrattiva
Deċiżjonijiet tal-BĊE li jimponu miżuri ta’ infurzar jistgħu jiġu riveduti mill-Bord Amministrattiv ta’ Reviżjoni fuq talba tal-bank ikkonċernat.