Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport annwali

Il-BĊE jippubblika rapport annwali dwar kif wettaq il-kompiti superviżorji tiegħu. Ir-rapport normalment jiġi ppubblikat f’Marzu tas-sena ta’ wara u jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew mill-President tal-Bord Superviżorju waqt seduta ta’ smigħ pubblika.

2024

IĊ-ĊIFRI EWLENIN

15.7%

Proporzjon CET1

B’mod ġenerali, il-banek huma kapitalizzati tajjeb b’pożizzjonijiet kapitali u ta’ likwidità robusti. Il-proporzjon tal-kapital tal-Ekwità Komuni Grad 1 (CET1) aggregat tal-banek kien 15.7% fit-tielet trimestru tal-2024, meta mqabbel ma’ 15.6% sena qabel.

Aktar dwar ir-reżiljenza tal-banek
10.2%

RoE

Fit-tielet trimestru tal-2024, ir-redditu fuq l-ishma minn sena għal sena annwalizzat aggregat tal-banek kien ta’ 10.2%, ogħla milli kien sena qabel meta kien 10.0% minħabba marġni tal-imgħax netti ogħla.

Aktar dwar il-prestazzjoni tal-banek
2,174

Deċiżjonijiet superviżorji

Fl-2024, il-Bord Superviżorju ħa 2,174 deċiżjoni superviżorja. Il-parti l-kbira tagħhom kienu relatati ma’ valutazzjonijiet kompetenti u adatti (50.7%), fondi proprji (12.2%), setgħat nazzjonali (9.0%), mudelli interni (6.9%), il-Proċess Superviżorju ta’ Reviżjoni u Valutazzjoni (4.4%) u ishma kwalifikanti (4.2%).

Aktar dwar it-teħid ta’ deċiżjonijiet

Preżentazzjoni lill-Parlament Ewropew

Aqra l-istqarrija introduttorja li l-President tal-Bord Superviżorju, Claudia Buch, tat lill-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji meta ppreżentat ir-Rapport Annwali.

Aqra l-istqarrija introduttorja

Rapport sħiħ

Ħares lura lejn dak li s-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE għamlet matul l-aħħar sena.

Aqra r-rapport sħiħ

Obbligi tar-rappurtar

Il-BĊE jissottometti r-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet superviżorji lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-Grupp tal-Euro, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi taż-żona tal-euro.

Aqra aktar
ARA WKOLL

Sir af aktar dwar kontenut relatat

WEBCASTS

Il-President tal-Bord Superviżorju jidher regolarment quddiem il-Parlament Ewropew.

Seduti fil-Parlament Ewropew

Il-paġni kollha f’din it-taqsima

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)