Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Prijoritajiet u riskji

Il-prijoritajiet superviżorji tagħna jistabbilixxu l-fokus tal-attivitajiet tagħna għat-tliet snin li ġejjin. Dawn jiġu rieżaminati kull sena biex jirriflettu l-bidliet fix-xenarju tar-riskju u l-progress li jkun sar fuq il-prijoritajiet tas-sena preċedenti, u jistgħu jiġu aġġustati fi kwalunkwe ħin jekk dan ikun iġġustifikat mill-iżviluppi tar-riskju. Jiggwidaw l-ippjanar operazzjonali tal-attivitajiet superviżorji fuq medda medja ta’ żmien u jiżguraw li r-riżorsi jiġu allokati b’mod effiċjenti.

Il-prijoritajiet huma bbażati fuq ir-riskji ewlenin li l-entitajiet taħt superviżjoni jiffaċċjaw fl-ambjent makrofinanzjarju u ġeopolitiku attwali.

Prijoritajiet superviżorji tal-2026-2028

X’inhuma l-prijoritajiet superviżorji?

Prijorità 1

It-tisħiħ tar-reżiljenza tal-banek għal riskji ġeopolitiċi u għal inċertezzi makrofinanzjarji

L-ambjent makrofinanzjarju u ġeopolitiku attwali jenfasizza l-ħtieġa għal reżiljenza finanzjarja b’saħħitha fis-settur bankarju Ewropew. Irridu niżguraw li l-banek jibqgħu viġilanti u kapaċi jifilħu għall-intoppi filwaqt li jiġi evitat il-kompjaċiment.

It-tisħiħ tar-reżiljenza tal-banek

Indirizzar tal-vulnerabbiltajiet ewlenin

Teħid ta’ riskju prudenti u standards ta’ kreditu sodi

Il-banek għandu jkollhom fis-seħħ u għandhom iżommu standards ta' kreditu b’saħħithom u pprezzar abbażi tar-riskju sabiex jimpedixxu l-akkumulazzjoni ta’ self improduttiv filwaqt li jaġġustaw ruħhom għal tibdil fl-ambjent makro-finanzjarju.

Standards ta’ kreditu b’saħħithom
Kapitalizzazzjoni adegwata u implimentazzjoni konsistenti tas-CRR III

Il-banek iridu jimplimentaw l-approċċ standardizzat ġdid għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali minimi tagħhom skont ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital (CRR III) b’mod konsistenti u preċiż sabiex iżommu kapitalizzazzjoni adegwata.

Adegwatezza tal-kapital
Ġestjoni prudenti tar-riskji relatati mal-klima u man-natura

Il-banek għandhom jivvalutaw u jimmaniġġaw b’mod effettiv ir-riskji fuq terminu qasir, medju u twil li jirriżultaw mill-kriżijiet klimatiċi u tan-natura, u għandhom jirrimedjaw għal nuqqasijiet persistenti fl-oqfsa ta’ ġestjoni tar-riskju relatati tagħhom.

Ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima u man-natura

Prijorità 2

It-tisħiħ tar-reżiljenza operazzjonali tal-banek u t-trawwim ta’ kapaċitajiet robusti tal-ICT

Il-bidla progressiva fil-fokus mill-identifikazzjoni tar-riskju għar-rimedju tar-riskju hija karatteristika essenzjali tal-istrateġija superviżorja għall-MSU kollu. Il-banek b’nuqqasijiet materjali mhux solvuti se jintalbu jżidu l-isforzi tagħhom biex jikkonformaw bis-sħiħ mal-aspettattivi superviżorji.

It-tisħiħ tar-reżiljenza operazzjonali tal-banek

Indirizzar tal-vulnerabbiltajiet ewlenin

Oqfsa ta’ ġestjoni tar-riskji operazzjonali robusti u reżiljenti

Il-banek iridu jtejbu l-abbiltà tagħhom li jipprevjenu, jifilħu u jirkupraw minn tfixkil maġġuri billi jżommu oqfsa ta’ riskju operazzjonali reżiljenti. Għandhom ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw nuqqasijiet identifikati qabel, malajr u b’mod effettiv, u għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mal-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali (DORA).

Oqfsa ta' ġestjoni tar-riskju operazzjonali
Kapaċitajiet tar-rappurtar tar-riskju u sistemi ta’ informazzjoni relatati

Il-banek għandhom isaħħu l-isforzi tagħhom biex jirrimedjaw għal dgħufijiet materjali identifikati fl-oqfsa ta’ aggregazzjoni ta' data dwar ir-riskji u ta’ rapportar tar-riskji b’mod effettiv u fil-ħin u jġibuhom konformi mal-aspettattivi superviżorji sabiex jappoġġaw ġestjoni tar-riskju b’saħħitha u teħid ta’ deċiżjonijiet effettiv.

Aggregazzjoni tad-data dwar riskji u kapaċitajiet ta’ rapportar dwar ir-riskji

Strateġija ta’ prijorità għal perjodu ta’ żmien medju għal twil

Strateġiji diġitali tal-banek (u relatati mal-IA), governanza u ġestjoni tar-riskju

Il-banek irid ikollhom strateġiji li jirriflettu b’mod effettiv l-opportunitajiet u r-riskji li jirriżultaw miż-żieda fid-diġitilizzazzjoni tal-operazzjonijiet tagħhom, b’mod partikolari mill-intelliġenza artifiċjali (IA), u li jistabbilixxu governanza u kontrolli tar-riskju robusti.

Diġitalizzazzjoni Strateġiji relatati mal-IA, governanza u ġestjoni tar-riskju

Kif nużaw il-prijoritajiet superviżorji u l-valutazzjoni tar-riskju?

Il-prijoritajiet tal-MSU jikkontribwixxu għall-ippjanar superviżorju speċifiku għall-banek, peress li t-timijiet superviżorji konġunti japplikaw qafas immirat ta’ tolleranza tar-riskju li jippromwovi superviżjoni effettiva u bbażata fuq ir-riskju. B’dan il-mod, il-prijoritajiet huma importanti wkoll għall-Proċess ta’ Reviżjoni u Evalwazzjoni Superviżorji (SREP) tas-sena ta’ wara u jibbenefikaw mill-eżitu tal-eżerċizzju SREP tas-sena ta’ qabel.

Proċess ta’ Reviżjoni u Evalwazzjoni Superviżorji (SREP)

L-aktar pubblikazzjonijiet reċenti

Il-paġni kollha f’din it-taqsima

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)