Kif tiġi kkalkulata t-tariffa superviżorja annwali?
Il-BĊE jikkalkula l-ispejjeż annwali tal-kompiti superviżorji tiegħu biex jiddefinixxi l-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali.
Tariffi annwali totaliKemm iħallas kull bank?
It-tariffa superviżorja annwali ta’ kull bank tikkonsisti minn:
- komponent tariffarju minimu
- komponent tariffarju varjabbli
Komponent tariffarju minimu
Il-komponent tariffarju minimu jitqies fuq perċentwal fiss tal-ammont totali tat-tariffi annwali tal-banek sinifikanti u ta’ dawk inqas sinifikanti.
Komponent tariffarju minimu | |
---|---|
Banek sinifikanti | Il-perċentwal fiss huwa 10% tal-ammont totali tat-tariffi annwali tal-banek sinifikanti u jinqasam indaqs bejn id-debituri tariffarji ta’ din il-kategorija. Għal istituzzjonijiet sinifikanti żgħar b’assi totali ta’ €10 biljun jew inqas fl-ogħla livell ta’ konsolidament, il-komponent tariffarju minimu jonqos bin-nofs. |
Banek inqas sinifikanti | Il-perċentwali fiss huwa 10% tal-ammont totali tat-tariffi annwali tal-banek inqas sinifikanti u jinqasam indaqs bejn id-debituri tariffarji ta’ din il-kategorija. Għal istituzzjonijiet inqas sinifikanti żgħar b’assi totali ta’ €1 biljun jew inqas fl-ogħla livell ta’ konsolidament, il-komponent tariffarju minimu jonqos bin-nofs. |
F’xiex jikkonsisti l-komponent tariffarju varjabbli?
Il-komponent tariffarju varjabbli huwa dak li jibqa' mill-ammont totali ta' tariffi annwali wara li jitnaqqas il-komponent tariffarju minimu (inkluż l-iskont mogħti lil banek iżgħar f'kull kategorija).
Kull bank iħallas sehem minn dan l-ammont skont l-importanza u l-profil tar-riskju tiegħu. Dan ifisser li banek kbar u b’riskji kbar għandhom komponent tariffarju varjabbli iżjed għoli.
Ikkalkula t-tariffa tiegħek
L-informazzjoni f’din it-taqsima hija pprovduta għal skopijiet indikattivi biss sabiex tgħinek tistma t-tariffa tiegħek. Il-BĊE se jikkalkula t-tariffa attwali tiegħek fuq il-bażi tal-fatturi tariffarji li inti tipprovdi, u l-ammont preċiż impost mill-BĊE jiġi ddikjarat fl-avviż tat-tariffa superviżorja annwali tiegħek.
Il-kalkolatur tal-istima tat-tariffi hawn taħt juża l-ispejjeż mistennija għall-perjodu tariffarju, filwaqt li t-tariffi attwali miġbura mill-BĊE huma bbażati fuq l-ispejjeż attwali mġarrba. Barra minn hekk, id-data dwar in-numru medju ta’ debituri tariffarji u l-fatturi tariffarji tagħhom mhux se jkunu magħrufa sakemm dawk it-tariffi jiġu attwalment imposti, għalhekk il-kalkolatur ta’ stima juża data dwar debituri tariffarji u fatturi tariffarji għas-sena ta’ qabel. Għalhekk, l-istima tat-tariffa hija biss indikattiva.
Barra minn hekk, korrezzjonijiet retroattivi jsiru għat-tariffi meta s-sitwazzjoni ta’ bank tinbidel wara d-data tal-għeluq għall-kalkolu annwali tat-tariffi superviżorji, jew meta dawk il-bidliet ma jkunux ivvalidati mill-awtorità nazzjonali kompetenti sad-data tal-għeluq.
Biex tikkalkula t-tarffa superviżorja annwal itiegħek għall-2025, għandek bżonn din l-informazzjoni:
Komponent tariffarju minimu
Biex tagħmel stima tal-komponent tariffarju minimu, għandek bżonn:
- Il-kostijiet annwali totali stmati għall-kategorija tiegħek (banek sinifikanti jew inqas sinifikanti)
Il-kostijiet annwali stmati għall-perjodu tariffarju 2025 (EUR miljuni) Banek sinifikanti Banek inqas sinifikanti 674.4 29.4 - numru medju ta’ debituri tat-tariffi:
Numru medju ta’ debituri tat-tariffi għall-perjodu tariffarju 2024 Banek sinifikanti Banek inqas sinifikanti 111 1,963 Nota: In-numru ta’ debituri tat-tariffi jvarja min-numru ta’ banek taħt superviżjoni. In-numru medju ta’ debituri tat-tariffi fis-snin preċedentiNumru medju ta’ debituri ta’ tariffi Banek sinifikanti Banek inqas sinifikanti għall-perjodu tariffarju 2023 109 2,042 għall-perjodu tariffarju 2022 110 2,130 għall-perjodu tariffarju 2021 114 2,215 għall-perjodu tariffarju 2020 112 2,318 sa tmiem Lulju 2019 112 2,440 sa tmiem Lulju 2018 115 2,766 sa tmiem Lulju 2017 119 2,916 sa tmiem Lulju 2016 126 3,077 sa tmiem Lulju 2015 117 3,193 sa tmiem Lulju 2014 115 3,191 Nota: In-numru ta' debituri tariffarji huwa differenti min-numru ta' banek taħt superviżjoni. - In-numru ta’ banek sinifikanti u gruppi bankarji sinifikanti li għalihom il-komponent tat-tariffa minima tnaqqas bin-nofs fl-2024 (jiġifieri dawk b’assi totali ta’ €10 biljuni jew inqas): 9
- In-numru ta’ banek inqas sinifikanti u gruppi bankarji inqas sinifikanti li għalihom il-komponent tat-tariffa minima tnaqqas bin-nofs fl-2024 (jiġifieri dawk b’assi totali ta’ €1 biljun jew inqas): 1,009
Komponent tariffarju varjabbli
Biex tagħmel stima tal-komponent tariffarju, teħtieġ:
- Il-fatturi tat-tariffi tiegħek stess (assi totali u skopertura totali għar-riskju)
-
Il-fatturi tat-tariffi totali: is-somma tal-assi totali u l-iskopertura totali għar-riskju fil-kategorija tiegħek ta’ banek taħt superviżjoni (sinifikanti jew inqas sinifikanti) kif muri fit-tabella hawn isfel. L-assi ta’ sussidjarji li jinsabu fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi huma esklużi mit-tabella. Bħala regola, il-banek għandhom jeskludu dawk l-assi għall-finijiet tal-kalkolu tal-fatturi tat-tariffi tagħhom. Madankollu, il-gruppi bankarji jistgħu jiddeċiedu li jinkluduhom (eż. jekk jikkunsidraw li l-piż tal-kalkolu tal-ammonti li għandhom jiġu esklużi jkunu akbar mit-tnaqqis mistenni fit-tariffa superviżorja)
Valuri aggregati medji tal-fattur tat-tariffa (EUR biljuni) għall-perjodu tariffarju 2024 Banek sinifikanti Banek inqas sinifikanti Assi totali 24,083 5,009 Skopertura totali għar-riskju 7,535 2,464 Valuri tal-fattur tat-tariffa għas-snin preċedentiValuri aggregati medji tal-fattur tat-tariffa (EUR biljuni) għall-perjodu tariffarju 2023 Banek sinifikanti Banek inqas sinifikanti Assi totali 23,838 5,045 Skopertura totali għar-riskju 7,348 2,457 Valuri aggregati medji tal-fattur tat-tariffa (EUR biljuni) għall-perjodu tariffarju 2022 Banek sinifikanti Banek inqas sinifikanti Assi totali 23,165 4,934 Skopertura totali għar-riskju 7,158 2,369 Valuri aggregati medji tal-fattur tat-tariffa (EUR biljuni) għall-perjodu tariffarju 2021 Banek sinifikanti Banek inqas sinifikanti Assi totali 22,232 4,751 Skopertura totali għar-riskju 6,930 2,248 Valuri aggregati medji tal-fattur tat-tariffa (EUR biljuni) għall-perjodu tariffarju 2020 Banek sinifikanti Banek inqas sinifikanti Assi totali 20,218 4,515 Skopertura totali għar-riskju 6,846 2,226 Valuri aggregati medji tal-fattur tat-tariffa (EUR biljuni) għall-perjodu tariffarju 2019 Banek sinifikanti Banek inqas sinifikanti Assi totali 19,573 4,415 Skopertura totali għar-riskju 6,610 2,133 Valuri aggregati medji tal-fattur tat-tariffa (EUR biljuni) għall-perjodu tariffarju 2018 Banek sinifikanti Banek inqas sinifikanti Assi totali 19,197 4,675 Skopertura totali għar-riskju 6,382 2,180 Valuri aggregati medji tal-fattur tat-tariffa (EUR biljuni) għall-perjodu tariffarju 2017 Banek sinifikanti Banek inqas sinifikanti Assi totali 19,781 4,625 Skopertura totali għar-riskju 6,577 2,141 Valuri aggregati medji tal-fattur tat-tariffa (EUR biljuni) għall-perjodu tariffarju 2016 Banek sinifikanti Banek inqas sinifikanti Assi totali 20,233 4,469 Skopertura totali għar-riskju 6,773 2,137 Valuri aggregati medji tal-fattur tat-tariffa (EUR biljuni) għall-perjodi tariffarji 2015 u 2014 Banek sinifikanti Banek inqas sinifikanti Assi totali 20,527 4,669 Skopertura totali għar-riskju 6,811 2,219
Agħmel stima tat-tariffa tiegħek għall-2025
Id-data ta’ hawn fuq ġiet integrata f’għodda ta’ kalkolu li tgħinek tagħmel stima tat-tariffa superviżorja annwali tal-bank tiegħek. Jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-link hawn taħt u segwi l-istruzzjonijiet fil-fajl.