Is-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja (SESF) hija netwerk li jiġbor fih tliet awtoritajiet superviżorji Ewropej, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u s-superviżuri nazzjonali. Il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li ssir superviżjoni finanzjarja konsistenti u xierqa fl-Unjoni Ewropea (UE).
Bħala superviżur bankarju Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji Ewropej, u speċjalment mal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE).
Is-SESF tkopri kemm is-superviżjoni makroprudenzjali kif ukoll dik mikroprudenzjali.
Is-superviżjoni makroprudenzjali tinvolvi s-sorveljanza tas-sistema finanzjarja kollha. L-għan ewlieni tagħha hu li tevita jew ittaffi r-riskji għas-sistema finanzjarja.
Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) huwa responsabbli għas-superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja fl-UE. Għalkemm ma jagħmilx parti mill-BĊE, il-BERS għandu s-sede tiegħu fl-uffiċċji tal-BĊE fi Frankfurt am Main, il-Ġermanja, u l-BĊE jipprovdilu s-Segretarjat.
Il-kompiti ewlenin tal-BERS huma li:
Il-President tal-BĊE huwa wkoll il-President tal-BERS. Il-BERS ilaqqa' flimkien ir-rappreżentanti tal-banek ċentrali nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE u l-Presidenti tat-tliet awtoritajiet superviżorji Ewropej.
Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
Is-superviżjoni mikroprudenzjali tirreferi għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet individwali, bħall-banek, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni jew il-fondi tal-pensjoni.
L-awtoritajiet superviżorji Ewropej huma
L-awtoritajiet superviżorji Ewropej jaħdmu primarjament biex jarmonizzaw is-superviżjoni finanzjarja fl-UE billi jiżviluppaw il-ġabra unika tar-regoli, sett ta' standards prudenzjali għal istituzzjonijiet finanzjarji individwali. L-awtoritajiet superviżorji jgħinu biex jiġi żgurat li l-ġabra tar-regoli tiġi applikata b'mod konsistenti biex ikun hemm l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd. Għandhom ukoll il-mandat biex jevalwaw ir-riskji u d-dgħufijiet fis-settur finanzjarju.
Kull awtorità għandha President li jirrappreżenta l-organizzazzjoni. Madankollu, id-deċiżjonijiet dwar l-operat jittieħdu mill-Bord tas-Superviżuri tagħhom, li huwa magħmul mir-rappreżentanti tas-superviżuri nazzjonali.
Il-Bord tal-Appell huwa korp indipendenti responsabbli għall-appelli li jsiru minn dawk li jintlaqtu mid-deċiżjonijiet tat-tliet awtoritajiet superviżorji. Huwa magħmul minn sitt membri u sitt supplenti, maħturin mill-awtoritajiet superviżorji.
Il-Kumitat Konġunt tal-awtoritajiet superviżorji Ewropej jiżgura li jkun hemm konsistenza bejn is-setturi kollha fl-iżvilupp u l-applikazzjoni tal-ġabra unika tar-regoli.
Rappreżentanti ta' kull waħda mit-tliet awtoritajiet superviżorji jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt, biex hekk jiżguraw li jkun hemm kooperazzjoni u skambju regolari tal-informazzjoni.