Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
© Angela Morant Casanova / ECB

Infurzar

Jekk bank sinifikanti jonqos milli jikkonforma ma’ rekwiżiti prudenzjali jew ma’ miżuri superviżorji adottati f’deċiżjoni tal-BĊE l-BĊE jista’, skont il-ksur, jimponi miżuri ta’ infurzar u/jew sanzjonijiet effiċjenti, proporzjonati u disważivi (għal aktar informazzjoni dwar sanzjonijiet jekk jogħġbok ara s-sit web dwar is-sanzjonijiet superviżorji).

Il-miżuri ta’ infurzar huma mmirati biex iġiegħlu lill-banek taħt superviżjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fid-deċiżjonijiet jew ir-regolamenti superviżorji Dawn il-miżuri jistgħu jiġu imposti biss fil-każ ta’ ksur kontinwu.

X'miżuri ta’ infurzar jista' jimponi l-BĊE?

Pagamenti perjodiċi ta' penali 

Il-pagamenti perjodiċi ta’ penali (PPPs) huma l-miżuri ta’ infurzar li huma disponibbli direttament għall-BĊE. Il-PPPs huma imposti fuq il-banek li jkunu involuti fi ksur kontinwu tal-obbligi taħt deċiżjonijiet jew regolamenti tal-BĊE. L-għan huwa li tiġi żgurata konformità kemm jista’ jkun malajr, peress li f’dan il-każ il-bank ikkonċernat irid iħallas ammont kuljum – li jista’ jkun sa 5% tal-fatturat medju tiegħu ta’ kuljum – għal kull ġurnata sakemm idum għaddej il-ksur, sa perjodu massimu ta’ sitt xhur (li warajh jistgħu jittieħdu azzjonijiet ulterjuri). 

L-ammont totali tal-PPPs akkumulati imposti mill-BĊE kontra bank jiġu ppubbikati fuq is-sit web tas-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE, inklużi t-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-entità taħt superviżjoni kkonċernata.

Miżuri ta’ infurzar oħrajn

Il-BĊE jista’ japplika wkoll il-miżuri ta’ infurzar disponibbli fil-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni nazzjonali fl-Istat Membru parteċipanti relevanti. Jista’ jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (ANK) biex jadottaw miżuri ta' infurzar purament nazzjonali. 

Reviżjoni amministrattiva

Deċiżjonijiet tal-BĊE li jimponu miżuri ta’ infurzar jistgħu jiġu riveduti mill-Bord Amministrattiv ta’ Reviżjoni fuq talba tal-bank ikkonċernat.

ARA WKOLL

Skopri aktar dwar kontenut relatat

Qafas legali

Ambjent regolatorju
Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)

Is-sit web tagħna juża cookies

Aħna nużaw cookies funzjonali biex naħżnu l-preferenzi tal-utent; cookies analitiċi biex intejbu l-prestazzjoni tas-sit web; cookies ta’ partijiet terzi stabbiliti minn servizzi ta' partijiet terzi integrati fil-websajt. Għandek l-għażla li taċċettahom jew li tirrifjutahom. Għal aktar informazzjoni jew biex tirrevedi l-preferenza tiegħek fuq il-cookies u l-logs tas-server li nużaw, nistednuk biex: