L-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) u l-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej joħorġu linji gwida jew rakkomandazzjonijiet fil-qasam tas-superviżjoni bankarja. Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE jekk jikkonformawx jew għandhomx il-ħsieb li jikkonformaw ma’ dawn. Jekk awtorità ma tikkonformax jew biħsiebha tikkonforma għandha tispjega għaliex.
It-tabella hawn taħt fiha dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet li applikaw għall-BĊE minn meta assuma l-kompiti superviżorji tiegħu fl-4 ta’ Novembru 2014, u turi d-dati li fihom il-BĊE nnotifika lill-ABE bil-konformità jew l-intenzjoni tiegħu li jikkonforma.
Il-websajt tal-BĊE hija s-sor uffiċjali tal-informazzjoni fuq il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet tal-BĊE. L-ABE tippubblika tabelli ta’ konformità flimkien ma' kull linja gwida jew rakkomandazzjoni u r-Rapport Annwali tagħha fih taqsima dwar "Konformità Regolatorja ta’ “Linji Gwida u Rakkomandazzjonijiet".
Numru | Linji gwida tal-ABE | Data meta l-BĊE nnotifika l-ABE bil-konformità jew intenzjoni ta’ konformità |
---|---|---|
EBA/GL/2020/10 | Linji gwida dwar il-proċess prammatiku ta’ reviżjoni u valutazzjoni superviżorja tal-2020 fid-dawl tal-kriżi COVID‐19 | 14.09.2020. |
EBA/GL/2020/10 | Linji Gwida dwar ir-rappurtar u l-iżvelar ta’ skoperturi suġġetti għal miżuri applikati b’reazzjoni għall-kriżi COVID‐19 | 04.08.2020 |
EBA/GL/2020/03 | Linji gwida fuq l-ekwivalenza ta’ reġimi dwar il-kunfidenzjalità | 16.10.2020 |
EBA/GL/2020/08 | Linji gwida li jemendaw il-Linji gwida ABE/GL/2020/02 dwar moratorji leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi | 24.07.2020 |
EBA/GL/2020/06 | Linji gwida fuq l-oriġini u monitoraġġ ta’ self | 17.08.2020 |
EBA/GL/2020/04 | Linji gwida dwar id-determinazzjoni tal-maturità medja ponderata (WAM) ta’ pagament kuntrattwali tas-segment | 09.06.2020 |
EBA/GL/2020/02 | Linja Gwida dwar moratoria leġiżlattiva u mhux leġiżlattiva dwar il-ħlas lura ta’ self applikat fid-dawl tal-kriżi COVID-19 | 24.07.2020 |
EBA/GL/2019/05 | Linji Gwida tal-ABE dwar definizzjonijiet u mudelli armonizzati għall-pjanijiet ta’ finanzjament | 30.04.2020 |
EBA/GL/2019/04 | Linji Gwida dwar l-ICT u l-ġestjoni tar-riskju tas-sigurtà | 12.01.2021 |
EBA/GL/2019/03 | Linji Gwida dwar l-istima tal-PD, l-istima tal-LGD u t-trattament ta’ assi inadempjenti | 16.07.2019 |
EBA/GL/2019/02 | Linji gwida dwar l-esternalizzazzjoni | 16.08.2019 |
EBA/GL/2019/01 | Linji Gwida dwar l-ispeċifikazzjoni tat-tipi ta’ skoperturi li għandhom jiġu assoċjati ma’ riskju għoli | 03.05.2019 |
EBA/GL/2018/10 | Linji Gwida dwar l-iżvelar ta' esponimenti mhux produttivi u mrażżna | 12.01.2021 |
EBA/GL/2018/09 | Linja Gwida Linji dwar il-kriterji STS għat-titolizzazzjoni mhux ABCP | 29.05.2019 |
EBA/GL/2018/08 | Linja Gwida Linji dwar il-kriterji STS għat-titolizzazzjoni ABCP | 29.05.2019 |
EBA/GL/2018/06 | Linji Gwida dwar l-iżvelar ta' esponimenti mhux produttivi u mrażżna | 01.07.2019 |
EBA/GL/2018/04 | Linji Gwida dwar l-ittestjar tal-istress tal-istituzzjonijiet | 15.02.2019 |
EBA/GL/2018/03 | Linji Gwida għal proċeduri u metodoloġiji komuni għar-reviżjoni superviżorja u l-proċess ta’ evalwazzjoni (SREP) u l-ittestjar tal-istress superviżorju | 15.02.2019 |
EBA/GL/2018/02 | Linji gwida dwar il-ġestjoni tar-riskju tar-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux kummerċjali | 01.07.2019 |
EBA/GL/2018/01 | Linji Gwida dwar żvelar uniformi skont l-Artikolu 473a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ arranġamenti tranżitorji biex jittaffa l-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 fuq il-fondi proprji | 07.02.2018 |
EBA/GL/2017/16 | Linji Gwida dwar l-istima tal-PD, l-istima tal-LGD u t-trattament ta’ assi inadempjenti | 20.06.2018 |
EBA/GL/2017/15 | Linji Gwida dwar klijenti konnessi | 12.04.2018 |
EBA/GL/2017/14 | Linji Gwida dwar is-superviżjoni ta’ fergħat sinifikanti | 20.03.2018 |
EBA/GL/2017/11 | Linji Gwida dwar il-Governanza Interna | 22.05.2018 |
EBA/GL/2017/06 | Linji Gwida dwar il-prattiki tal-ġestjoni tar-riskju tal-kreditu tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jkopru telf ta’ kreditu mistenni | 18.01.2018 |
EBA/GL/2017/05 | Linji Gwida dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju tal-ICT taħt il-proċess ta’ Reviżjoni u Evalwazzjoni Superviżorji (SREP) | 04.01.2018 |
EBA/GL/2017/01 | Linji Gwida dwar id-divulgazzjoni tal-LCR biex tikkumplimenta d-divulgazzjoni talġestjoni tar-riskju ta’ likwidità skont l-Artikolu 435 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 | 01.10.2017 |
EBA/GL/2016/11 | Linji Gwida dwar ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni skont il-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 | 18.08.2017 |
EBA/GL/2016/10 | Linji Gwida dwar l-informazzjoni tal-ICAAP u l-ILAAP miġbura għall-iskopijiet tas-SREP | 17.02.2017 |
EBA/GL/2016/09 | Linji Gwida dwar il-korrezzjonijiet għal durata modifikata għal strumenti ta' dejn skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 340(3) tar-Regolament (UE) 575/2013 | 06.03.2017 |
EBA/GL/2016/08 | Linji Gwida dwar appoġġ impliċitu għal tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni | 23.01.2017 |
EBA/GL/2016/07 | Linji Gwida dwar l-applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ inadempjenza skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 | 27.12.2017 |
EBA/GL/2016/05 | Linji Gwida dwar il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-awditur(i) statutorju/statutorji u ditta/ditti tal-awditjar li jwettqu l-awditjar statutorju al-istituzzjonijiet ta’ kreditu | 05.01.2017 |
EBA/GL/2016/04 | Linji Gwida dwar it-testijiet tal-istress ta' skemi ta’ garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 2014/49/UE | 15.12.2016 |
EBA/GL/2016/03 | Linji Gwida dwar l-għoti ta' informazzjoni f'għamla fil-qosor jew kollettiva għall-finijiet tal-Artikolu 84(3) tad-Direttiva 2014/59/UE | 14.09.2016 |
EBA/GL/2016/01 | Linji Gwida riveduti dwar l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tal-indikaturi tal-importanza sistemika globali u d-divulgazzjoni tagħhom | 06.07.2017 |
EBA/GL/2015/22 | Linji Gwida dwar politiki sodi ta' remunerazzjoni skont l-Artikoli 74(3) u 75(2) tad-Direttiva 2013/36/UE u d-divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 450 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 | 05.08.2016 | EBA/GL/2015/21 | Linji Gwida dwar pjanijiet ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju skont id-Direttiva 2014/59/UE (BRRD) | 19.07.2016 |
EBA/GL/2015/20 | Linji Gwida dwar il-limiti fuq l-espożizzjonijiet għall-entitajiet mhux bankarji li jwettqu attivitajiet bankarji barra qafas irregolat skont l-Artikolu 395(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 | 03.08.2016 |
EBA/GL/2015/17 | Linji Gwida li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju tal-grupp skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2014/59/UE | 05.02.2016 |
EBA/GL/2015/16 | Linji Gwida dwar l-applikazzjoni ta’ obbligi simplifikati skont l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2014/59/UE | 12.01.2016 |
EBA/GL/2015/09 | Linji Gwida dwar l-impenji ta’ pagament skont id-Direttiva 2014/49/UE dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti | 18.12.2015 |
EBA/GL/2015/08 | Linji gwida dwar il-ġestjoni tar-riskju tar-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux kummerċjali | 24.11.2015 |
EBA/GL/2015/07 | Linji Gwida dwar l-interpretazzjoni taċ-ċirkostanzi differenti meta istituzzjoni għandha titqies bħala li qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli skont l-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2014/59/UE | 06.10.2015 |
EBA/GL/2015/03 | Linji Gwida dwar skattaturi għall-użu ta’ miżuri ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2014/59/UE | 23.09.2015 |
EBA/GL/2015/02 | Linji Gwida dwar il-lista minima ta’ indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi tal-pjan ta’ rkupru | 01.09.2015 |
EBA/GL/2014/14 | Linji Gwida dwar il-materjalità, il-proprjetà u l-kunfidenzjalità u dwar il-frekwenza tad-divulgazzjoni skont l-Artikoli 432(1), 432(2) u 433 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (3 mandati) | 05.06.2015 |
EBA/GL/2014/13 | Linji Gwida dwar il-proċeduri u l-metodoloġiji komuni għar-rieżami superviżorju u l-proċess ta’ evalwazzjoni (SREP) | 02.04.2015 |
EBA/GL/2014/10 | Linji Gwida 2014/10 tal-ABE dwar il-kriterji għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 131(3) tad-Direttiva 2013/36/UE (CRD) b’rabta mal-valutazzjoni ta’ istituzzjonijiet oħrajn sistemikament importanti (OSIIs) | 01.04.2015 |
Numru | Linja gwida | Data meta l-BĊE nnotifika l-ABE bil-konformità jew intenzjoni ta’ konformità |
---|---|---|
EBA/GL/2017/12 | Linji Gwida dwar il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal-korp maniġerjali u tat-titolari ta' funzjonijiet ewlenin taħt id-Direttiva 2013/36/UE u d-Direttiva 2014/65/EU | 22.05.2018 |
JC/GL/2016/01 | Linji Gwida Konġunti dwar il-valutazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti u żidiet ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti fis-settur finanzjarju | 07.07.2017 |
JC/GL/2014/01 | Linji Gwida dwar il-konverġenza tal-prattiki superviżorji relatati mal-konsistenza tal-arranġamenti ta’ koordinazzjoni superviżorja għall-konglomerati finanzjarji | 08.01.2021 |
Numru | Rakkomandazzjoni ABE | Data meta l-BĊE nnotifika l-ABE bil-konformità jew intenzjoni ta’ konformità |
---|---|---|
EBA/Rec/2018/03 | Rakkomandazzjonijiet li jemendaw EBA/Rec/2015/01 dwar l-ekwivalenza tas-sistemi ta' kunfidenzjalità | 05.08.2019 |
EBA/Rec/2018/01 | Rakkomandazzjonijiet li jemendaw Rakkomandazzjonijiet EBA/Rec/2015/01 dwar l-ekwivalenza tas-sistemi ta' kunfidenzjalità | 31.10.2018 |
EBA/Rec/2017/03 | Rakkomandazzjonijiet dwar l-esternalizzazzjoni lil fornituri tas-servizz ta' cloud | 20.06.2018 |
EBA/Rec/2017/02 | Rakkomandazzjoni dwar il-kopertura ta’ entitajiet fil-pjan ta’ rkupru ta’ grupp | 26.03.2018 |
EBA/Rec/2017/01 | Rakkomandazzjonijiet li jemendaw ir-Rakkomandazzjonijiet EBA/REC/2015/01 dwar l-ekwivalenza tar-reġimi ta’ kunfidenzjalità (li jemendaw EBA/Rec/2017/01) | 12.01.2017 |
EBA/Rec/2015/01 (kif emendata) | Rakkomandazzjonijiet dwar l-ekwivalenza tas-sistemi ta’ kunfidenzjalità | 02.04.2015 |
L-aħħar aġġornament: 20 ta' Jannar 2021