Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Ir-rispons tagħna għall-pandemija tal-koronavirus

B’differenza mill-kriżi finanzjarja tal-2008, il-banek mhumiex is-sors tal-problema din id-darba. Imma rridu niżguraw li jistgħu jkunu parti mis-soluzzjoni.

Andrea Enria, President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE

Aħna fil-BĊE waqqafna sett ta’ miżuri ta’ sorveljanza bankarja u ta’ politika monetarja biex itaffu l-impatt tal-pandemija tal-koronavirus fuq l-ekonomija taż-żona tal-euro u biex nappoġġjaw iċ-ċittadini Ewropej kollha.

Jiġi żgurat li d-ditti u l-unitajiet domestiċi jkollhom aċċess għall-kreditu

Il-banek għandhom rwol vitali fl-appoġġ ta’ ekonomija b’saħħitha billi jiżguraw li ċ-ċittadini u l-impriżi jkollhom aċċess għall-fondi li għandhom bżonn għall-investiment. Minħabba l-pożizzjoni speċjali tagħhom fl-ekonomija, il-banek iridu wkoll jimxu ma’ regoli partikolari biex jiżguraw li huma qawwija biżżejjed biex jifilħu għal xokkijiet. Waħda minn dawn ir-regoli tistipula li l-banek ikollhom iżommu fondi addizzjonali – imsejħa bafers kapitali – maħżunin għal żminijiet diffiċli.

Komponent ewlieni tal-miżuri tat-taffija tal-kriżijiet tagħna huwa li l-banek jitħeġġew jużaw il-bafers kapitali tagħhom issa. Dan jillibera kapital ta’ €120 biljun. Il-banek jistgħu jużaw dawn il-fondi biex jassorbu t-telf li jirriżulta mill-kriżi, jew jallokawhom biex jiffinanzjaw sa €1.8 triljun f’self ġdid lil unitajiet domestiċi u negozji.

Huwa preċiżament fi żminijiet bħal dawn li l-banek għandhom jużaw il-bafers tagħhom. Dan jgħin biex jiġi żgurat li l-unitajiet domestiċi u n-negozji jibqa’ jkollhom aċċess għall-finanzjament f'dan il-perjodu diffiċli.

Stqarrija għall-istampa: Is-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE tipprovdi kapital temporanju u taffija operattiva b’reazzjoni għall-koronavirus Superviżjoni. Spjegata: Għalfejn il-banek għandhom bżonn iżommu l-kapital?

Tnaqqis tar-riskji tal-banek u żieda fil-kapaċità ta’ self tagħhom

Il-banek għandhom isegwu regoli dwar is-self li jagħmlu. Huma għandhom jagħtu self biss fejn jaħsbu li n-nies u n-negozji se jkunu jistgħu jħallsuhom lura.

Aħna wkoll neħtieġu li l-banek iżommu ħarsa mill-qrib fuq is-self li jkunu taw. Meta bank jiddetermina li klijent mhux probabbli li jħallas lura self, il-bank għandu jikklassifika s-self bħala “mhux produttiv” jew “ħażin” u jwarrab il-flus għat-telf assoċjat. Jekk isseħħ din is-sitwazzjoni, il-bank ikollu inqas fondi disponibbli biex jagħmel self ieħor.

Aħna nifhmu li f’sitwazzjoni ta’ kriżi anki l-klijenti finanzjarjament b’saħħithom jista’ jkollhom problemi temporanji biex iħallsu lura s-self tagħhom. Biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn bank ikun nieqes mill-fondi minħabba li aktar self lil tali klijenti qed jiġi kklassifikat bħala “mhux produttiv”, il-banek ingħataw aktar flessibilità meta jikklassifikaw self li huwa appoġġjat b’garanziji pubbliċi.

Aħna konna wkoll inqas stretti dwar kemm il-banek iridu jwarrbu biex iħejju għal telf fuq self appoġġjat mill-gvern. Dan jillibera iktar kapital għal self lil unitajiet domestiċi u kumpaniji.

Stqarrija għall-istampa: Is-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE tipprovdi iktar flessibbiltà lill-banek b’reazzjoni għall-koronavirus Superviżjoni.Spjegata.: X’inhu self improduttiv (non-performing loans)? Stqarrija għall-istampa: Il-BĊE jestendi r-rakkomandazzjoni li ma jitħallsux dividendi sa Jannar 2021 u jiċċara l-kronoloġija biex il-bafers jiġu għal li kienu.

Għajnuna lill-banek biex jiffokaw fuq l-għoti ta’ fondi vitali lill-ekonomija

Is-superviżjoni tgħin biex tiżgura li s-sistema finanzjarja tibqa’ stabbli. Teħtieġ ukoll li l-banek jissodisfaw sett estensiv ta’ rekwiżiti. F’nofs kriżi, meta bosta banek qed jiffaċċjaw tħassib operattiv serju, aħna taffejna ftit l-iskedi li l-banek sorveljati jridu jaderixxu magħhom, sabiex ikunu jistgħu jiffukaw fuq il-funzjoni vitali tagħhom: li jagħtu self lil unitajiet domestiċi u lin-negozji.

Biex nagħmlu dan, aħna aġġustajna l-iskedi superviżorji, il-proċessi u l-iskadenzi superviżorji skont is-sitwazzjoni ta’ kull bank. Pereżempju, aħna niskedaw mill-ġdid l-ispezzjonijiet li jmiss fil-banek taħt superviżjoni u nestendu l-iskadenzi biex dawn jikkoreġu n-nuqqasijiet identifikati fl-ispezzjonijiet reċenti.

Ħadna wkoll approċċ prammatiku għall-Proċess ta’ Reviżjoni u Valutazzjoni Superviżorja annwali (SREP). L-għan hu li tiġi żgurata valutazzjoni effiċjenti u ffokata tal-banek taħt superviżjoni diretta mill-BĊE, filwaqt li jitnaqqas il-piż meta mqabbel maċ-ċikli normali tal-SREP. L-attenzjoni hija fuq l-abbiltà tal-banek biex jirreaġixxu għall-isfidi attwali u l-aktar riskji u vulnerabilitajiet materjali relatati mas-sitwazzjoni tal-koronavirus.

Stqarrija għall-istampa: Is-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE tipprovdi kapital temporanju u taffija operattiva b’reazzjoni għall-koronavirus Kif taħdem is-superviżjoni bankarja? Prijoritajiet superviżorji SREP: Il-Proċess Superviżorju ta’ Reviżjoni u Valutazzjoni

Inħeġġu lill-banek li jagħmlu l-parti tagħhom

Il-kriżi hija straordinarjament diffiċli għan-nies u l-kumpaniji fiż-żona tal-euro Sabiex il-banek u l-azzjonisti tagħhom jitħeġġew jagħmlu sehemhom, tlabna lill-banek biex ma jħallsux dividendi jew jixtru lura stokks għalissa – jew għallinqas jillimitaw id-distribuzzjoni ta’ dividendi u bonuses. Minflok, il-banek għandhom jużaw kwalunkwe fondi meħlusa mill-miżuri deskritti hawn fuq biex jassorbu t-telf jew biex jagħtu self lill-ekonomija taż-żona tal-euro. Dan jippermettilhom li jkunu parti mis-soluzzjoni.

Stqarrijiet għall-istampa

Il-BĊE jitlob lill-banek biex joqogħdu lura jew jillimitaw id-dividendi sa Settembru 2021 Il-BĊE jitlob lill-banek biex ma jħallsux dividendi sa mill-inqas Ottubru 2020 Il-BĊE jestendi r-rakkomandazzjoni li ma jħallsux dividendi sa Jannar 2021 u jiċċara l-iskeda taż-żmien biex jitpoġġew mill-ġdid il-bafers

Ngħinu lill-ekonomija tassorbi x-xokk permezz ta’ xiri ta' assi u self fit-tul lill-banek

Sabiex isostni l-ekonomija fil-kriżi, il-BĊE nieda wkoll pakkett ta’ miżuri ta’ politika monetarja biex jiżgura li l-banek u l-kumpaniji jkollhom biżżejjed fondi disponibbli.

Pereżempju, qed nixtru diversi tipi ta’ assi skont il-programm ta’ xiri għall-emerġenza pandemika ta' €1,850 biljun (PEPP). Pereżempju, nixtru bonds direttament mill-banek. B’dan il-mod, aħna nagħmlu iktar fondi disponibbli li l-banek jistgħu jsellfu lill-familji jew lin-negozji. Aħna nixtru wkoll bonds tal-kumpaniji, u nagħtuhom sors addizzjonali ta’ kreditu. Iż-żewġ tipi ta’ xiri jgħinu biex jagħtu spinta lill-infiq u l-investiment, bil-għan li jappoġġjaw it-tkabbir ekonomiku.

Aħna qed noffru wkoll self fit-tul f’kundizzjonijiet favorevoli ħafna lill-banek li jkomplu s-self tagħhom lil dawk li l-aktar li għandhom bżonnu. Aħna qed napplikaw regoli inqas stretti dwar l-assi li l-banek iridu jagħtu bħala assigurazzjoni, jew “kollateral”, għal dan is-self, biex niżguraw li l-banek ikollhom biżżejjed kollateral. Dan, għal darba oħra, jgħin biex jiżgura li jistgħu jkomplu jagħtu self.

Stqarrijiet għall-istampa

Deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja fl-10 ta’ Diċembru 2020 Il-BĊE jtawwal l-appoġġ permezz ta’ operazzjonijiet ta’ self immirat għall-banek li jsellfu lill-ekonomija realiIl-BĊE jestendi operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fit-tul tal-emerġenza pandemika Deċiżjonijiet ta’ politika monetarja fl-4 ta’ Ġunju 2020 Il-BĊE jħabbar pakkett ta’ miżuri temporanji għat-taffija tal-kollateral Il-BĊE jħabbar €750 biljun Programm ta’ Xiri tal-Emerġenza Pandemika (PEPP) Il-BĊE jħabbar it-tafffija tal-kundizzjonijiet għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament immirati għal żmien itwal (TLTRO III)

Tixtieq tkun taf aktar?

Qed naħdmu biex nappoġġawk. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk ikollok xi mistoqsijiet.

ARA WKOLL

Skopri aktar dwar kontenut relatat

MIŻURI TAL-POLITIKA MONETARJA

Il-President tal-BĊE, Christine Lagarde, qalet: “Żminijiet straordinarji jeħtieġu azzjoni straordinarja. M'hemmx limiti għall-impenn tagħna favur l-euro.” Il-BĊE daħħal fis-seħħ numru ta’ miżuri ta’ politika monetarja biex itaffi l-impatt tal-pandemija tal-koronavirus.

Tagħrif ieħor
Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)