F’din il-paġna, it-termini “bank” u “istituzzjoni ta’ kreditu” jfissru l-istess ħaġa.
Fis-superviżjoni bankarja Ewropea l-BĊE hu l-awtorità inkarigata mill-awtorizzazzjonijiet bankarji. Dan ikopri:
Lista ta’ banek taħt superviżjoni
Meta jiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjonijiet, il-BĊE japplika s-Sett Uniku ta' Regoli tal-ABE u, fejn rilevanti, il-liġi nazzjonali.
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (NCAs) għandhom rwol importanti: pereżempju, bħala l-punt ta’ dħul għal applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, bħala membri tat-Timijiet Superviżorji Konġunti (JSTs) għal banek sinifikanti u bħala superviżuri diretti ta’ banek inqas sinifikanti. Il-BĊE jaħdem flimkien mal-istaff tal-NCAs biex jiżgura metodu konsistenti għall-awtorizzazzjonijiet fil-pajjiżi u standards għoljin fil-kwistjonijiet ewlenin ta’ operazzjoni u politika f’dan il-qasam. L-aspettattivi superviżorji huma stipulati fi gwidi pubbliċi.
Lista ta’ formoli tal-applikazzjoni nazzjonali għall-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni
Il-proċess tal-liċenzjar jistabbilixxi fiduċja fis-sistema finanzjarja billi jiżgura li l-banek ikunu kompetenti biex joperaw. Barra minn hekk, il-liċenzjar jiżgura li banek robusti biss li jikkonformaw mar-rekwiżiti legali kollha jistgħu jidħlu fis-suq. Madankollu, il-liċenzjar m'għandux ixekkel il-kompetizzjoni, l-innovazzjoni finanzjarja jew il-progress teknoloġiku.
Meta l-BĊE, f’kooperazzjoni mas-superviżur nazzjonali rilevanti, jivvaluta applikazzjoni għal liċenzja bankarja, iqis erba’ oqsma ewlenin:
L-oqsma li jitqiesu huma l-istess għall-banek kollha, kemm jekk ikollhom mudell ta’ negozju aktar tradizzjonali kif ukoll jekk ikollhom mudell ta' negozju fintech.
Is-soltu jgħaddu bejn sitta u tnax-il xahar biex tittieħed deċiżjoni minn meta l-applikant jipprovdi applikazzjoni kompluta għal liċenzja. Skont il-liġi Ewropea, deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien 12-il xahar; xi skadenzi legali nazzjonali huma iqsar.
* fejn applikabbli
** jew ċaħda min-naħa tas-superviżur nazzjonali
Il-BĊE għandu jawtorizza l-akkwist ta’ sehem azzjonarju f’istituzzjoni eżistenti jekk dan is-sehem jgħodd bħala “sehem azzjonarju kwalifikanti”, fi kliem ieħor jekk l-akkwirent jilħaq wieħed mil-limiti rilevanti ta’ 10, 20, 30 jew 50%, jew jekk f’dan il-każ ikunx possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti. Il-proċess tal-approvazzjoni għandu l-għan li jiżgura li azzjonisti xierqa biss jidħlu fis-sistema bankarja, biex b’hekk jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-sistema bankarja.
Superviżjoni. Xi tkun: X’inhu sehem azzjonarju kwalifikanti?
Il-kriterji valutati mill-BĊE f’kooperazzjoni mas-superviżur nazzjonali rilevanti, huma dawn li ġejjin:
Sehem azzjonarju kwalifikanti għandu jiġi awtorizzat jew miċħud fi żmien 60 jum tax-xogħol, b'estensjoni massima sa 90 jum tax-xogħol.
* fejn applikabbli
** jew persuna ta’ kariga maniġerjali għolja, jekk delegat
Kemm il-BĊE kif ukoll is-superviżur nazzjonali rilevanti għandhom id-dritt li jibdew il-proċess tal-irtirar ta’ liċenzja bankarja f’ċerti ċirkostanzi. Liċenzja tista’ tiġi rtirata jekk istituzzjoni ta’ kreditu twaqqaf l-attivitajiet tagħha jew ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti prudenzjali applikabbli.
Iż-żmien jiddependi miċ-ċirkostanzi tal-każ, pereżempju jekk ikunx meħtieġ li jitwaqqfu l-attivitajiet jew jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu tkunx waqqfet l-attivitajiet tagħha.
Irtirar mibdi mill-BĊE
* fejn applikabbli
Irtirar mibdi mis-superviżur nazzjonali
* spiss fuq talba tal-bank
** fejn applikabbli
*** jew persuna ta’ kariga maniġerjali għolja, jekk delegat
Il-korp maniġerjali ta’ istituzzjoni ta' kreditu għandu jkun adattat biex iwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu u għandu jkun kompost b'mod li jikkontribwixxi għal ġestjoni effettiva u teħid ta’ deċiżjonijiet bilanċjat. Li jiġi żgurat li l-korpi maniġerjali tal-istituzzjonijiet ikunu “kompetenti u adattati” mhux biss itejjeb is-sigurtà u s-solidità tal-istituzzjoni kkonċernata, iżda jsaħħaħ ukoll is-settur bankarju kollu kemm hu billi tiżdied il-fiduċja pubblika fin-nies li jamministraw is-settur finanzjarju taż-żona tal-euro.
Il-BĊE jqis ħames kriterji fil-valutazzjoni ‘kompetenti u adattati’:
Meta l-ħatriet ikunu parti minn proċedura ta’ liċenzjar jew ta’ ishma azzjonarji kwalifikanti, il-valutazzjoni ‘kompetenti u adattati’ tifforma parti mill-valutazzjoni għall-għoti tal-liċenzja jew għall-akkwist tas-sehem azzjonarju kwalifikanti.
Jiġu applikati l-iskadenzi legali nazzjonali.
* jew persuna ta’ kariga maniġerjali għolja, jekk delegat