X’inhi parteċipazzjoni kwalifikanti?
Aġġornat l-aħħar fit-13 ta’ Frar 2026
Parteċipazzjoni kwalifikanti hija sehem kbir jew importanti f’bank li jagħti lill-investitur influwenza fuq kif jitmexxa l-bank. Dan is-sehem:
- huwa 10 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot tal-bank; jew
- jagħti lill-investitur influwenza sinifikanti fuq kif jiġi ġestit il-bank; jew
- jirriżulta f’li l-bank isir is-sussidjarju tal-investitur
Is-sehem jista’ jinżamm direttament – fi kliem ieħor l-investitur ikun is-sid tas-sehem f’ismu stess – jew indirettament – jiġifieri s-sjieda tkun permezz ta’ kumpanija waħda jew aktar.
Investitur jista’ jitqies li għandu influwenza sinifikanti fuq bank, jekk ikollu rappreżentant fil-bord tad-diretturi tal-bank jew ikollu dritt ta’ veto fuq id-deċiżjonijiet tal-bord.
Il-parteċipazzjonijiet kwalifikanti kif jaqgħu taħt ix-xogħol tagħna?
Aħna nimmonitorjaw il-banek fiż-żona tal-euro. Dan jinkludi li jiġi żgurat li l-partijiet xierqa biss ikollhom vuċi fil-mod kif jitmexxew il-banek. Qabel ma parteċipazzjoni kwalifikanti f’bank tkun tista’ tinxtara jew tiżdied lil hinn minn ċerti limiti, aħna niċċekkjaw li r-rekwiżiti jkunu ġew issodisfati. Dan ix-xogħol jgħin biex iżomm il-banek u s-sistema bankarja stabbli u l-flus tiegħek sikuri.
X’inhuma l-ewwel passi għall-investituri li qed jippjanaw li jakkwistaw parteċipazzjoni kwalifikanti?
Jekk persuna, entità ġuridika jew grupp jippjana li jinvesti f’bank billi jakkwista parteċipazzjoni kwalifikanti, l-ewwel irid jinforma lis-superviżur nazzjonali tal-bank. Dan japplika kemm għall-ishma diretti kif ukoll għal dawk indiretti.
L-investitur irid jgħid ukoll lis-superviżur nazzjonali jekk għandux diġà parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti u jekk huwiex qed jippjana li jżid il-parteċipazzjoni azzjonarja ’l fuq minn 20 %, 30 % jew 50 %, jew jekk akkwist ġdid jagħtihx sehem ta’ kontroll fil-bank.
Jekk l-investitur ma jgħidx lis-superviżur nazzjonali dwar il-pjanijiet tiegħu, id-drittijiet tal-vot tiegħu jistgħu jiġu sospiżi, jew jista’ jiffaċċja penali oħra. F'xi pajjiżi, id-drittijiet tal-vot jiġu sospiżi awtomatikament f'dawn il-każijiet.
U x'jiġri wara?
Matul il-proċess kollu, naħdmu mill-qrib mas-superviżuri nazzjonali
- Notifika formali: Wara li jgħid lis-superviżur nazzjonali, l-investitur jikkonferma l-intenzjoni b’notifika formali, li s-superviżur jgħaddilna.
- Valutazzjoni: Aħna nirrieżaminaw it-talba, ġeneralment fi żmien 60 jum tax-xogħol. Jekk ikunu meħtieġa aktar dokumenti, nistgħu nestendu r-rieżami b’sa 30 jum ta’ xogħol oħra.
- Eżitu: Aħna ninfurmaw lill-investitur dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tagħna. Skont il-liġijiet nazzjonali dwar it-trasparenza tas-suq, il-bank jista’ jkollu jippubblika wkoll din l-informazzjoni.
Matul il-proċess, naħdmu mill-qrib mas-superviżuri nazzjonali, li jagħtu l-opinjoni tagħhom stess dwar jekk għandniex nopponu l-akkwist jew le.
A notification must be made as soon as a proposed acquirer intends to acquire a qualifying holding, in line with Article 22(1) of the Capital Requirements Directive (CRD).
If a qualifying holding is acquired without prior notification and before the ECB issues a non-objection decision, competent authorities can use a wide range of supervisory tools, including the suspension of voting rights, injunctions, annulment of votes, or penalties, in accordance with the national laws transposing Article 26 CRD.
If the influence of a qualifying holder is deemed detrimental to the sound management of the institution, authorities may take additional measures to put an end to that situation in accordance with national law.
Liema kriterji nużaw fil-valutazzjoni tagħna?
Aħna nqisu ħames kriterji ewlenin meta nwettqu l-analiżi tagħna:
- ir-reputazzjoni tal-investitur akkwirenti, inklużi l-integrità, l-affidabbiltà u l-kompetenza professjonali tiegħu
- l-adegwatezza tal-maniġment propost tal-bank,, speċjalment dawk li se jkollhom karigi fil-bord tad-diretturi tiegħu wara l-akkwist
- is-solidità finanzjarja tal-investitur: il-kapaċità tiegħu li jiffinanzja l-akkwist u li jappoġġa lill-bank b’mod sostenibbli
- konformità mar-regoli stabbiliti fir-regolamenti, inkluż fl-oqsma tal-adegwatezza tal-kapital, il-governanza u l-ġestjoni tar-riskju
- ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu: aħna niċċekkjaw is-sors tal-fondi li se jintużaw għall-akkwist u jekk l-akkwist jistax iżid ir-riskji ta’ kriminalità finanzjarja
Il-livell ta’ dettall applikat għal dawn il-kriterji jiddependi fuq kemm hija kumplessa u riskjuża t-tranżazzjoni.
Sir af aktar dwar kontenut relatat
Valutazzjoni
Ippubblikajna Gwida li tiddeskrivi l-approċċ tagħna fil-valutazzjoni tal-proċeduri ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti.
Gwida dwar il-proċeduri ta’ parteċipazzjoni kwalifikantiProġetti usa’ ta’ konsolidazzjoni
Għal akkwiżizzjonijiet relatati ma’ proġetti ta’ konsolidazzjoni usa’, agħti ħarsa lejn il-Gwida dwar l-approċċ superviżorju għall-konsolidazzjoni fis-settur bankarju.
Gwida dwar l-approċċ superviżorju għall-konsolidazzjoni fis-settur bankarju