Superviżjoni. Xi tkun? tagħti ħarsa mill-qrib lejn is-superviżjoni bankarja Ewropea u tintroduċi wħud mill-persuni u l-attivitajiet involuti.
L-unjoni bankarja tippermetti li r-regoli bankarji tal-UE jiġu applikati b’mod konsistenti. Dan jgħin biex jiżgura li s-sistema bankarja tkun tiflaħ. Il-kollega tagħna Filipa tispjega l-bażi tal-unjoni bankarja u kif tiżgura li n-nies fl-Ewropa jistgħu b’fiduċja jiffrankaw, jonfqu jew jissellfu l-flus.
Ippubblikat: 21 ta' Awwissu 2020
Aħna kollha niddependu fuq il-banek, pereżempju biex inħarsulna d-depożiti tagħna jew isellfulna l-flus, u għandna bżonn li jkunu siguri u sodi. Il-banek għandhom iżommu biżżejjed kapital biex jiżguraw li jkunu jistgħu jibqgħu għaddejjin fi żminijiet tajbin u ħżiena. Imma x'inhu l-kapital u kif jagħmel il-banek aktar reżiljenti?
Ippubblikat: 23 ta' Mejju 2019
Meta żewġ banek qed jaħsbu li jingħaqdu, il-BĊE jżomm pożizzjoni newtrali u jivvaluta l-proġett imressaq minnhom purament għal raġunijiet tekniċi. X'jeżamina? U kif ir-rwol tiegħu jiddependi fuq il-forma ta' konsolidazzjoni li jagħżlu? Aqra l-ispjegazzjoni tagħna biex issir taf.
Ippubblikat fil-5 ta' April 2019
Il-banek taż-żona tal-euro huma aktar reżiljenti għal xokkijiet finanzjarji kif wera t-test tal-istress immexxi mill-Awtorità Bankarja Ewropea. Tgħallem aktar dwar ix-xenarji użati fit-test, xi rwol għandu l-BĊE u kif ir-riżultati se jaffettwaw id-deċiżjonijiet tas-superviżuri dwar banek individwali.
Ippubblikat fit-2 ta' Novembru 2018
President ġdid jinħatar għall-Bord ta' Superviżjoni kull ħames snin. Il-pożizzjoni tiġi rreklamata pubblikament u kull ċittadin tal-UE b'esperjenza soda fis-settur bankarju u finanzjarju jista' japplika. Ara min hu involut fl-għażla tal-kandidat finali u x'hemm bżonn biex timtela l-pożizzjoni.
Ippubblikat: 17 ta' Lulju 2018
Bħala klijenti tal-banek nistennew li dawn ikunu istituzzjonijiet b'saħħithom biex aħna jkollna aċċess għas-servizzi finanzjarji li jipprovdu. Jeħtieġ ukoll li l-banek jibqgħu b'saħħithom biex jiġi żgurat li s-sistema finanzjarja tibqa' stabbli.
Ippubblikat: 30 ta' April 2018
Għal ħafna minna issa huwa pjuttost normali li nħallsu għall-affarijiet bl-użu tal-ismartphones tagħna. Il-banek tagħna jużaw teknoloġija innovattiva magħrufa bħala fintech biex jipprovdu dan it-tip ta' servizz. Imma x'inhu eżattament il-fintech u kif nistgħu nkunu ċerti li huwa sigur?
Ippubblikat: 27 ta' Marzu 2018
Il-BĊE jappoġġja lill-banek taħt is-sorveljanza tiegħu biex jindirizzaw is-self li ma jrendix, jiġifieri self li ma tħallasx lura għal ċertu żmien jew li x'aktarx mhux se jitħallas lura. Skopri għaliex is-self li ma jrendix hu problema u x'inhu r-rwol tal-BĊE f'dan il-qasam.
Ippubblikat: 7 ta' Frar 2018
L-analiżi tas-sensittività tar-riskju tar-rata tal-imgħax fil-portafoll bankarju (IRRBB) li qiegħda ssir mill-BĊE teżamina kif varjazzjonijiet ipotetiċi fl-ambjent tar-rati tal-imgħax jistgħu jolqtu l-banek. Hawn issib iżjed tagħrif fuq dan l-eżerċizzju u kif jidħol fil-proċess superviżorju iżjed wiesa’.
Ippubblikat: 28 ta’ Frar 2017
Bħala parti mill-ħidma tiegħu biex jarmonizza l-prattika superviżorja u jrawwem sistema bankarja soda u b’saħħitha, il-BĊE qiegħed jeżamina mill-ġdid il-mudelli interni użati mill-banek. Hawn issib iżjed tagħrif fuq dan il-proġett, magħruf ukoll bħala TRIM.
Ippubblikat: 15 ta’ Frar 2017
Sib xi tfisser għal bank meta jirċievi rikapitalizzazzjoni prekawzjonali u x’inhu sehem il-BĊE f’dan il-proċess.
Ippubblikat: 27 ta’ Diċembru 2016
Fis-superviżjoni bankarja Ewropea l-BĊE huwa responsabbli għas-superviżjoni tal-ikbar banek. Hawn issib iżjed tagħrif fuq l-għanijiet u l-funzjonijiet tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.
Ippubblikat: 4 ta’ Novembru 2016
Self jitqies li jkun “improduttiv” meta jkun hemm indikazzjonijiet li x'aktarx mhux se jitħallas lura jew meta min jissellef jaqbeż id-90 jum mingħajr ma jħallas il-pagamenti miftiehma. Għaliex huwa problema s-self li ma jrendix u fejn nidħlu aħna bħala superviżuri?
Ippubblikat: 12 ta’ Settembru 2016
Ir-riżultati tat-test tal-istress 2016 tal-banek se jiġu pubblikati fid-29 ta’ Lulju 2016 mill-Awtorità Bankarja Ewropea. Sib x’jinvolvi t-test tal-istress ta’ din is-sena u kif ir-riżultati tiegħu se jidħlu fil-proċess superviżorju iżjed wiesa’.
Ippubblikat: 26 ta’ Lulju 2016
F’dinja dejjem iżjed globalizzata huwa kruċjali li l-banek li joperaw f’iżjed minn pajjiż wieħed ikunu suġġetti għal superviżjoni bl-iżjed mod effettiv possibbli. Il-kulleġġi superviżorji għandhom sehem importanti f’dan ir-rigward.
Ippubblikat: 14 ta’ Lulju 2016
Is-superviżuri jevalwaw u jkejlu regolarment ir-riskji għal kull bank. Din l-attività ewlenija tissejjaħ il-Proċess Superviżorju ta’ Rieżami u Evalwazzjoni, jew SREP fil-qosor. X’jinvolvi dan il-proċess u xi jfisser għall-banek?
Ippubblikat: 16 ta’ Ġunju 2016
Is-superviżuri jevalwaw jekk membri tal-bord ta’ banek ikunux “kompetenti u idonji” biex jagħmlu xogħolhom. Fi kliem ieħor, jivverifikaw ir-reputazzjoni tagħhom u jevalwaw l-għarfien, il-ħila u l-esperjenza li jkollhom biex jaqdu dmirijiethom.
Ippubblikat: 18 ta’ Marzu 2016
Wieħed mill-kompiti tagħna huwa li nevalwaw proposti għall-akkwiżizzjoni ta’ “parteċipazzjonijiet kwalifikanti” f’bank. Il-BĊE jieħu dawn id-deċiżjonijiet bħala parti mill-proċeduri komuni li japplikaw għall-banek kollha taħt is-superviżjoni bankarja Ewropea.
Ippubblikat: 18 ta’ Marzu 2016
Ir-rapporti fuq ksur tal-liġi, jew whistleblowing, huma għodda importanti biex tinkixef imġiba ħażina min-naħa tal-banek taħt superviżjoni jew mis-superviżuri bankarji. Ċittadini li jissuspettaw xi ksur tal-liġijiet rilevanti tal-Unjoni Ewropea jkunu qegħdin jaġixxu fl-interess pubbliku meta jirrappurtaw dawn il-każijiet lill-BĊE.
Ippubblikat: 8 ta’ Settembru 2015
Id-dejta hija l-qofol tas-superviżjoni bankarja u ma jistax ikollok proċedura ta’ superviżjoni tassew Ewropea jekk it-tagħrif ma jkunx jista’ jitqabbel. Dan l-artiklu jiddeskrivi l-proċedura armonizzata tal-BĊE għall-ġbir ta’ dejta u jagħti daqqa t’għajn lejn is-sehem tal-istatistika fis-superviżjoni ta’ kuljum.
Ippubblikat: 19 ta’ Mejju 2015
Jean-Paul Redouin, President tal-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami (ABoR), iwieġeb mistoqsijiet fuq is-sehem speċifiku ta’ dan il-bord fl-era ġdida tas-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE.
Ippubblikat: 25 ta’ Marzu 2015
Meta tadotta l-euro fl-1 ta’ Jannar 2015, il-Litwanja tissieħeb fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u Ingrida Šimonytė, id-Deputat President ta’ Lietuvos bankas, issir Membru tal-Bord Superviżorju. F’intervista fl-internet, hija titkellem fuq il-karatteristiċi ewlenin tas-settur bankarju tal-Litwanja u l-isfidi għas-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE.
Ippubblikat: 29 ta’ Diċembru 2014