Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

X’inhuma “istituzzjonijiet inqas sinifikanti”?

13 ta' Diċembru 2022

L-entitajiet kollha taħt superviżjoni huma, b’mod awtomatiku, ikklassifikati bħala istituzzjonijiet inqas sinifikanti (LSIs). Dawn isiru sinifikanti biss — u għalhekk jaqgħu taħt is-superviżjoni diretta tal-BĊE — jekk jissodisfaw mill-inqas wieħed mill-kriterji stabbiliti fir-Regolament Qafas dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU). Dawn il-kriterji jinkludu d-daqs tal-bank, l-importanza tiegħu għall-ekonomija ta’ pajjiżu jew l-UE kollha kemm hi u s-sinifikat tal-attivitajiet transkonfinali tiegħu. Minn Ottubru 2022,111, il-banek ġew ikklassifikati bħala istituzzjonijiet sinifikanti (SIs) u aktar minn 2,000 bħala LSIs.

Ħafna LSIs jipprovdu s-servizzi tagħhom f’komunitajiet jew reġjuni iżgħar. Il-biċċa l-kbira tal-banek tat-tfaddil u tal-kooperattivi jaqgħu f’dan il-grupp, pereżempju. Barra minn hekk, l-LSIs jistgħu joffru servizzi u prodotti aktar speċjalizzati minn dawk offruti mill-SIs, bħall-finanzjament tal-karozzi, attività bankarja għall-ipoteki, is-self lil setturi speċifiċi u l-forniment ta’ servizzi ta’ titoli.

L-LSIs huma ssorveljati mis-superviżuri nazzjonali tagħhom, taħt is-sorveljanza tal-BĊE, filwaqt li istituzzjonijiet sinifikanti huma direttament taħt superviżjoni mill-BĊE. Is-superviżjoni u s-sorveljanza tagħhom isegwu l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Dan jiżgura li l-aspettattivi u r-rekwiżiti tas-superviżur jikkorrispondu mad-daqs, l-importanza sistemika u l-profil tar-riskju tal-banek taħt superviżjoni, u li r-riżorsi superviżorji jiġu allokati b’mod effiċjenti. Madankollu, l-istandards minimi jridu jiġu rrispettati mill-banek kollha u għalhekk ma jistgħux jiġu rrinunzjati għal raġunijiet ta’ proporzjonalità.

Biex jiġi ffaċilitat dan it-trattament proporzjonat, il-banek huma kklassifikati skont il-karatteristiċi tagħhom. Dan ifisser li d-differenzazzjoni bejn SIs u LSIs hija punt tat-tluq ewlieni għall-applikazzjoni tal-proporzjonalità. Distinzjoni ulterjuri bejn l-LSIs hija possibbli wara l-introduzzjoni ta’ istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi (SNCIs) bħala riżultat tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital rivedut (CRR II). Attributi speċifiċi għall-banek bħall-profil tar-riskju, il-mudell tan-negozju, l-attivitajiet transkonfinali u d-daqs huma fatturi ta’ differenzjazzjoni addizzjonali użati biex jiġi ddeterminat il-livell xieraq ta’ involviment superviżorju (f’termini tal-frekwenza, l-ambitu u l-profondità tar-rieżamijiet superviżorji) u r-rapportar superviżorju.

ARA WKOLL

Skopri aktar dwar kontenut relatat

REGOLAMENT QAFAS TAL-MSU

Ir-Regolament Qafas tal-MSU jistabbilixxi relazzjonijiet u proċeduri istituzzjonali fis-superviżjoni bankarja Ewropea.

Regolament Qafas tal-MSU

LISTA TA’ BANEK TAĦT SUPERVIŻJONI

Il-BĊE jżomm lista tal-banek sinifikanti kollha taħt is-superviżjoni diretta tiegħu u banek inqas sinifikanti taħt is-superviżjoni indiretta tiegħu.

Lista ta’ banek suġġetti għas-superviżjoni

SUPERVIŻJONI U SORVELJANZA TAL-LSI

Sib tweġibiet għal xi wħud mill-mistoqsijiet l-aktar frekwenti dwar is-superviżjoni u s-sorveljanza tal-LSI, li għandhom jgħinuk tiffamiljarizza ruħek mas-suġġett.

SUPERVIŻJONI U SORVELJANZA TAL-LSI
Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)