Prattiki superviżorji
Aħna niżguraw li l-banek ikunu jistgħu jwettqu r-rwol vitali tagħhom
Aħna naħdmu mas-superviżuri nazzjonali biex nagħmlu s-sistema bankarja fl-Ewropa sikura u soda. F’din it-taqsima tista’ ssir taf aktar dwar il-prattiki tagħna, liema banek aħna nissorveljaw u x’miżuri għandna għad-dispożizzjoni tagħna.
Il-Proċess Superviżorju ta’ Reviżjoni u Valutazzjoni
Bħala superviżuri, aħna nivvalutaw ir-riskji li jiffaċċjaw il-banek u nivverifikaw li l-banek huma mgħammra biex jimmaniġġjaw dawk ir-riskji b’mod xieraq. Din l-attività ewlenija tissejjaħ il-Proċess Superviżorju ta’ Reviżjoni u Valutazzjoni, jew SREP fil-qosor. L-għan tagħha huwa li jiġu vvalutati l-profili tar-riskju tal-banek b’mod konsistenti u jittieħdu deċiżjonijiet dwar liema miżuri superviżorji huma meħtieġa.
Skopri aktar dwar is-SREPPrijoritajiet superviżorji
Il-prijoritajiet superviżorji jistabbilixxu l-oqsma għall-attenzjoni għas-sena li ġejja. Jiġu ddefiniti kull sena imma jistgħu jiġu rriveduti fi kwalunwe żmien jekk dan hu ġġustifikat skont l-iżviluppi tar-riskju. Il-prijoritajiet superviżorji huma bbażati fuq il-valutazzjoni tagħna tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet ewlenin li jiffaċċjaw l-istituzzjonijiet sorveljati.
Skopri aktar dwar il-prijoritajiet superviżorji tagħnaLista ta’ banek suġġetti għas-superviżjoni
Aħna nissorveljaw direttament l-akbar banek fil-pajjiżi parteċipanti, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-superviżuri nazzjonali. Huma jissorveljaw ukoll il-banek iż-żgħar fil-pajjiżi tagħhom.
Skopri aktar dwar liema banek nissorveljawTestijiet tal-istress
Aħna nużaw testijiet tal-istress biex nivvalutaw kemm il-banek jistgħu jlaħħqu max-xokkijiet finanzjarji u ekonomiċi. Jgħinuna nidentifikaw il-vulnerabilitajiet tal-banek u nindirizzawhom kmieni fid-djalogu superviżorju mal-banek.
Skopri aktar dwar it-testijiet tal-istressData ta’ superviżjoni
Data affidabbli u komparabbli hija l-bażi tax-xogħol tagħna. Tinfurma d-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet sussegwenti tagħna. Biex niżguraw it-trasparenza aħna nippubblikaw ukoll regolarment l-istatistika bankarja superviżorja aggregata tagħna.
Dejta ta’ superviżjoniTimijiet Superviżorji Konġunti
Is-superviżuri Ewropej u nazzjonali jaħdmu flimkien meta jissorveljaw direttament banek sinifikanti. Waħda mill-forom ewlenin ta’ kooperazzjoni huma t-Timijiet Superviżorji Konġunti (JSTs). Huma jwettqu l-ħidma superviżorja ta’ kuljum u jrawmu kultura superviżorja komuni u superviżjoni konsistenti.
Skopri aktar dwar it-Timijiet Superviżorji KonġuntiCovid-19
Ir-rispons tagħna għall-pandemija tal-koronavirus
Skopri aktar dwar kif taqsam l-informazzjoni magħna
Portal tas-superviżjoni bankarja
Il-portal huwa l-bieb għall-banek għas-servizzi online tagħna dwar is-suġġett tas-superviżjoni bankarja. Tista’ tissottometti informazzjoni u tikkomunika mas-superviżuri permezz tal-portal.
Portal tas-superviżjoni bankarjaIl-Whistleblowers (l-Informaturi)
Uża l-pjattaforma tal-whistleblowing (żvelar ta' informazzjoni protetta) tagħna biex tirrapporta suspett ta’ ksur tal-liġi tal-UE dwar is-superviżjoni bankarja minn bank taħt superviżjoni, awtorità superviżorja nazzjonali jew il-BĊE.
Skopri aktar dwar il-whistleblowing