Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Għaliex għandhom jiġu sorveljati l-banek kummerċjali?

30 ta' April 2018

Biex jiġi salvagwardjat servizz essenzjali

Il-banek jipprovdu servizzi finanzjarji użati minn kulħadd. Ħemmhekk niddepożitaw flusna, nissellfu mingħandhom, nagħmlu ipoteki magħhom. Bħala individwi nafdawhom, bħalma jagħmlu l-familji, in-negozji u l-gvernijiet. Is-swieq finanzjarji jiffunzjonaw permezz tal-banek, u b'hekk tista' ssir l-attività ekonomika.

Biex titnissel fiduċja

Is-sistema finanzjarja hi interkonnessa għalkollox. Il-komponenti tagħha jinżammu flimkien permezz tal-fiduċja. Il-falliment ta' bank wieħed biss jista' jheżżeż il-fiduċja fis-sistema u jipperikola l-integrità tagħha. Pereżempju, malajr jista' jinfirex il-ġbid ta' flus bla rażan minn istituzzjonijiet li jkollhom problemi kif ukoll minn oħrajn bla problemi, u dan imbagħad jagħmlilhom ħsara. Bħal dominòs, il-waqgħa ta' bank wieħed tista' twassal għall-kollass ta' ħafna oħrajn.

Il-fatt li l-banek jiġu sorveljati jassigura kemm lis-swieq kif ukoll lid-depożitanti, billi jnaqqas il-probabbiltà ta' ġbid ta' flus bla rażan mill-banek u forom oħra ta' kontaġju finanzjarju.

Għall-ħarsien tad-depożitanti

Id-depożitanti ordinarji m'għandhomx mezzi biex jivvalutaw is-sigurtà u s-solidità ta' bank. M'għandhomx aċċess għat-tagħrif meħtieġ u forsi ma jkollhomx l-għarfien meħtieġ tal-isfond. Għalhekk, is-superviżuri jaġixxu fl-interess pubbliku billi jivverifikaw regolarment il-kultura tar-riskju tal-banek u l-governanza korporattiva, u billi jagħtu (jew jirtiraw) liċenzji bankarji.

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)