Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Miżuri superviżorji

Il-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali imposti fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu hija fattur ewlieni biex jiġu żgurati s-sigurtà u s-solidità tagħhom u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni Ewropea.

Jekk bank sinifikanti ma jikkonformax mar-rekwiżiti prudenzjali, jew ikun hemm problemi bil-ġestjoni tal-bank jew l-abilità tiegħu li jkopri r-riskji, il-BĊE jista’ jadotta miżuri taħt il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) biex jirrimedja s-sitwazzjoni. Jista’ jimponi wkoll miżuri u sanzjonijiet tal-infurzar.

Il-miżuri superviżorji għandhom l-għan li jiżguraw li l-banek sorveljati jieħdu l-azzjoni meħtieġa fi stadju bikri biex jindirizzaw problemi relatati mar-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni rilevanti.

Pereżempju, il-BĊE jista’ jitlob lill-banek biex:

  • iżommu fondi proprji addizzjonali
  • jissottomettu pjan biex terġa’ tiddaħħal il-konformità mar-rekwiżiti superviżorji
  • isaħħu l-arranġamenti, il-proċessi u l-istrateġiji tagħhom
  • japplikaw politika speċifika ta’ provediment jew trattament tal-assi fit-termini tar-rekwiżiti tal-fondi proprji
  • jillimitaw ir-remunerazzjoni varjabbli
  • jużaw il-profitti netti tagħhom biex isaħħu l-fondi proprji
  • jaderixxu mar-restrizzjonijiet tal-BĊE dwar, jew projbizzjonijiet fuq, distribuzzjonijiet għal azzjonisti jew detenturi ta' strumenti AT1.

Għal spjegazzjoni iktar iddettaljata ta' dawn il-punti, jekk jogħġbok ikkonsulta d-Capital Requirements Directive (CRD).

Stħarriġ amministrattiv

Deċiżjonijiet tal-BĊE li jimponu miżuri superviżorji jistgħu jiġu mistħarrġa mill-Bord Amministrattiv ta' Reviżjoni fuq talba tal-bank ikkonċernat.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)