Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Id-dritt bankarju tal-UE

Il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku huwa suġġett għall-qafas regolatorju bankarju Ewropew, li jsegwi l-Ftehim ta’ Basel u huwa armonizzat permezz tal-ġabra unika ta' regoli. Il-qafas japplika għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fis-Suq Uniku.

Standards Internazzjonali

Basel III

Basel III huwa qafas regolatorju internazzjonali li għandu l-għan li jsaħħaħ ir-regolamentazzjoni, is-superviżjoni u l-ġestjoni tar-riskju tas-settur bankarju.

Ġie żviluppat mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja u approvat mill-G20 f'Novembru 2010.

Basel III standards Pubblikazzjonijiet tal-Kumitat ta’ Basel

Basel III qed jiġi implimentat fl-UE permezz tal-pakkett leġislattiv dwar ir-rekwiżiti kapitali.

Qafas regolatorju Ewropew

Ġabra unika tar-regoli

Attività regolatorja

Il-prodotti regolatorji tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) ivarjaw minn standards tekniċi vinkolanti għal linji gwida, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet. Huma jkopru oqsma bħal fondi proprji, irkupru u riżoluzzjoni, governanza interna u rappurtar superviżorju.

ABE: Regolamentazzjoni u politika

Ġabra unika tar-regoli

Il-ġabra unika tar-regoli għandha l-għan li tiżgura l-applikazzjoni konsistenti tal-qafas bankarju regolatorju madwar l-UE. Huwa kompendju interattiv onlajn tal-pakkett tar-rekwiżiti tal-kapital u l-istandards tekniċi korrispondenti, jiġifieri:

  • Standards Tekniċi Regolatorji (RTS)
  • Standard Tekniċi Implimentattiv (ITS)

Jinkludi wkoll linji gwida tal-ABE u Q&As relatati.

ABE: Ġabra unika tar-regoli interattiva

Aqra iktar ...

ABE: Q&A dwar il-ġabra unika tar-regoli
Rekwiżiti tal-kapital

Il-pakkett tar-rekwiżiti kapitali jittrasponi l-istandards ta’ Basel III fid-dritt tal-UE u jikkonsisti f’regolament u direttiva. Il-pakkett daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014.

Regolament dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital (CRR)

Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital (CRD)

CRD

Aqra iktar ...

Irkupru u Riżoluzzjoni

Regolament tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni

Ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni jistabbilixxi regoli u proċeduri uniformi għar-riżoluzzjoni tal-banek fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni.

Regolament tal-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRMS)

Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) u l-BĊE

Memorandum ta Ftehim bejn l-SRB u l-BĊE dwar il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni

Memorandum ta’ Ftehim

Ftehim Intergovernattiv

Il-Ftehim Intergovernattiv dwar it-trasferiment u l-mutwalizzazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni.

Ftehim Intergovernattiv

Id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek.

Id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek jistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ banek u ditti ta’ investiment.

Id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek.

Aqra iktar ...

Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti

Ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti tipprovdi protezzjoni aħjar għad-depożiti taċ-ċittadini fil-każ ta' fallimenti bankarji.

Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti

Aqra iktar ...

Il-Kummissjoni Ewropea: Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti
Direttiva dwar il-Konglomerati Finanzjarji

Id-Direttiva dwar il-Konglomerati Finanzjarji tistabbilixxi qafas ta’ superviżjoni supplementari ta’ entitajiet finanzjarji f’konglomerat finanzjarju.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)