Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-BĊE iniedi konsultazzjoni pubblika dwar emendi għall-qafas tat-tariffi superviżorji

11 ta’ April 2019

  • Il-konsultazzjoni tistieden kummenti dwar il-bidliet fir-Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorji bbażati fuq il-kontribut riċevut matul l-ewwel konsultazzjoni pubblika fl-2017
  • Il-banek kollha għandhom jibbenefikaw minn proċess iżjed effiċjenti u mfassal apposta
  • It-tariffi għandhom jonqsu għall-iżgħar banek issorveljati indirettament
  • Il-perjodu ta’ konsultazzjoni għandu jintemm fis-6 ta' Ġunju 2019

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qiegħed iniedi konsultazzjoni pubblika fuq tibdil propost għar-Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorji. Din il-konsultazzjoni se tiffoka fuq ir-reazzjonijiet li waslu, matul fil-ewwel konsultazzjoni pubblika dwar din il-kwistjoni fl-2017, mill-Bord Superviżorju tal-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Il-konsultazzjoni tintemm fis-6 ta’ April 2019.

L-emendi proposti jikkonċernaw prinċipalment it-tariffi individwali li l-BĊE jimponi fuq il-banek li jissorvelja u l-ħin tal-ġbir tagħhom. Aktar importanti minn hekk, il-proposti se jirriżultaw f’li l-BĊE jikkalkula t-tariffi bbażati fuq l-ispejjeż superviżorji attwalment inkorsi u l-impożizzjoni tagħhom fl-aħħar taċ-ċiklu tal-ħlas. Dan jagħmel il-proċess aktar effiċjenti meta mqabbel mal-approċċ kurrenti, li taħtu l-BĊE jistma t-tariffi u jimponihom matul is-sena.

Barra minn hekk, l-emendi se jirriżultaw f’li l-BĊE jnaqqas it-tariffa minima għal madwar nofs il-banek sorveljati indirettament, speċifikament l-iżgħar minnhom, li jtaffi b'mod sinifikanti l-piż finanzjarju tagħhom.

Huma ser jissimplifikaw ukoll il-proċess tal-kalkolu tat-tariffi u jnaqqsu l-piż burokratiku għall-banek. Skont il-proposti, il-BĊE juża mill-ġdid dejta ta’ superviżjoni diġà għad-dispożizzjoni tiegħu biex jikkalkula t-tariffi, jissimplifika l-proċessi għal xi entitajiet relatati mal-verifika tal-assi, li fl-aħħar mill-aħħar jiddeterminaw it-tariffi ta’ superviżjoni, u jagħmel l-avviżi tat-tariffi disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea.

Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Susanne Pihs-Lang, tel.: +49 69 1344 3586.

Anness:

Proċedura ta’ konsultazzjoni

Il-BĊE ser jikkunsidra l-kummenti riċevuti matul il-konsultazzjoni meta jiffinalizza r-Regolament għall-adozzjoni. Id-dokumenti ta’ konsultazzjoni huma disponibbli għal referenza fuq il- websajt tas-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE u jinkludu dokument ta’ konsultazzjoni pubblika, li jinkludi r-Regolament emendat dwar it-tariffi ta’ sorveljanza, verżjoni konsolidata tal-att legali, it-tweġibiet għar-reazzjonijiet li waslu matul il-konsultazzjoni pubblika fl-2017, mistoqsijiet ta’ spiss u mudell ta’ konsultazzjoni pubblika.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja
Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)