Konsultazzjoni pubblika fuq ir-rieżami tar-Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorji
Din il-konsultazzjoni hija maħsuba biex tiġbor kummenti mill-partijiet interessati bi tħejjija għar-rieżami tar-Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorji fl-2017. It-tweġibiet għal din il-konsultazzjoni se jipprovdu lill-BĊE b’tagħrif importanti biex jitħejja, jekk ikun jixraq, aġġornament tar-Regolament tal-BĊE.
Data tal-għeluq biex jintbagħtu l-kummenti: nofsillejl CET tal-20 ta’ Lulju 2017.
Jiġu kunsidrati biss il-kummenti li jaslu sa din id-data.
Ibgħat il-kummenti tiegħek sa nofsillejl CET tal-20 ta’ Lulju 2017 billi tuża din il-formola:
Formola għall-konsultazzjoni pubblikaJekk jogħġbok agħti eżempji jew tagħrif rilevanti skont il-każ.
Kummenti bl-email:
Ibgħat il-kummenti tiegħek lil: SSMPublicConsultation@ecb.europa.eu
Jekk jogħġbok ikteb “Public consultation on the review of the ECB Regulation on supervisory fees” fil-linja tas-suġġett.
Kummenti bil-posta:
Ibgħat il-kummenti tiegħek f’dan l-indirizz:
European Central BankSecretariat to the Supervisory Board
“Public consultation on the review of the ECB Regulation on supervisory fees”
60640 Frankfurt am Main
Germany
Meta jintemm il-perjodu ta’ konsultazzjoni, il-kummenti kollha jiġu pubblikati f’din il-paġna flimkien ma’ stqarrija bir-reazzjonijiet. Għal dettalji fuq kif se jiġu trattati t-tagħrif personali u l-kontribut tiegħek, jekk jogħġbok ara d-dikjarazzjoni ta’ kunfidenzjalità:
Dikjarazzjoni ta’ kunfidenzjalità- 11/4/2019
- 2/6/2017
- 2/6/2017
- 28/3/2015
- 27/5/2014
- 16/4/2014
- 15/10/2013