F’kooperazzjoni mas-superviżuri nazzjonali, il-BĊE jwettaq kontrolli finanzjarji tas-saħħa għall-banek li jissorvelja direttament. Dawn il-valutazzjonijiet komprensivi jgħinu biex jiżguraw li l-banek ikunu kapitalizzati b’mod adegwat u jistgħu jifilħu għal xokkijiet makroekonomiċi u finanzjarji.
Il-valutazzjonijiet komprensivi jitwettqu jew regolarment jew fuq bażi ad hoc:
Lista ta’ banek suġġetti għas-superviżjoni
Tiġi żgurata t-trasparenza | Tittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni disponibbli dwar il-kundizzjoni tal-banek |
---|---|
Jissewwew in-nuqqasijiet | Jiġu identifikati l-problemi u implimentati l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa |
Tinbena l-kunfidenza | Il-partijiet ikkonċernati kollha jiġu żgurati li l-banek huma essenzjalment sodi u ta' min jafdahom |
Il-valutazzjoni komprensiva s-soltu tikkonsisti minn żewġ pilastri ewlenin:
Il-metodoloġija applikata hija stabbilita fid-dokumenti li ġejjin:
Kull valutazzjoni komprensiva tikkonkludi bl-iżvelar tal-eżiti ġenerali f'livell aggregat, kif ukoll l-iżvelar ta’ dejta fuq il-livell tal-bank.
Spjegazzjoni tal-mudell ta’ żvelar (ibbażat fuq eżempju mill-valutazzjoni komprensiva tal-2014)
Is-superviżuri jindirizzaw ir-riskji identifikati kollha fis-superviżjoni ta’ kuljum tal-banek. B'mod partikolari, ir-riżultati huma kkunsidrati fil-valutazzjoni kontinwa tar-riskji tal-banek, il-governanza, il-kapital u l-likwidità bħala parti mill-Proċess ta' Rieżami u Valutazzjoni Superviżorja (SREP).
Meta valutazzjoni komprensiva tkun b’risposta għal talba minn pajjiż tal-UE barra ż-żona tal-euro li jrid kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, is-superviżur nazzjonali ta’ dak il-pajjiż jaġġorna l-konstatazzjonijiet.