Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Gwida tal-Pilastru 2.

Il-gwida tal-Pilastru 2 hija rakkomandazzjoni speċifika għall-banek li tindika l-livell ta’ kapital li l-BĊE jistenna li l-banek iżommu flimkien mar-rekwiżiti kapitali vinkolanti tagħhom biex jiżguraw li jkunu jistgħu jassorbu telf potenzjali li jirriżulta minn xenarji negattivi.

Il-gwida tal-Pilastru 2 hija ddeterminata bħala parti mill-Proċess ta’ Rieżami u Evalwazzjoni Superviżorju. Għall-kuntrarju tar-rekwiżit tal-Pilastru 2, dan mhuwiex legalment vinkolanti. Dan lanqas ma jinkludi r-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv, li huwa kopert mir-rekwiżit tal-proporzjon tal-ingranaġġ tal-Pilastru 2.

Is-superviżuri kif jistabbilixxu l-gwida tal-Pilastru 2 għall-banek individwali?

Il-livell tal-gwida tal-Pilastru 2 għal kull bank huwa bbażat fuq il-prestazzjoni tiegħu fit-testijiet tal-istress regolari madwar l-UE kollha, li jeżaminaw l-impatt ta’ skoss ekonomiku fuq il-proporzjonijiet tal-kapital tal-banek (jiġifieri l-livell ta’ kapital tagħhom meta mqabbel mal-assi tagħhom imwieżna għar-riskju).

Mill-2021 ’l hawn, is-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE użat approċċ ta’ bucketing f’żewġ stadji biex tistabbilixxi l-gwida tal-Pilastru 2 għall-banek individwali. Dan l-approċċ jiżgura kundizzjonijiet ugwali, itejjeb il-konsistenza u jqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-banek, filwaqt li jibqa’ sempliċi fit-tfassil tiegħu.

Stadju 1

Fl-ewwel stadju, is-superviżuri jqiegħdu lill-banek f’wieħed minn erba’ buckets skont l-eżawriment tal-proporzjon tal-kapital tagħhom fit-test tal-istress. Kull bucket għandu firxa korrispondenti ta’ gwida tal-Pilastru 2 li tikkoinċidi ma’ buckets ġirien biex jiġu evitati effetti ta’ preċipizzju.

Stadju 2

Fl-Istadju 2, is-superviżuri jistabbilixxu l-gwida tal-Pilastru 2 għal kull bank fil-medda tal-bucket, jew eċċezzjonalment lil hinn minn dik il-medda, filwaqt li jqisu ċ-ċirkostanzi individwali tal-bank, bħall-profili tar-riskju tiegħu u s-sena meta l-proporzjon tal-kapital tiegħu laħaq l-aktar livell baxx tiegħu waqt it-test tal-istress. Dan jiżgura li l-proċess jibqa’ speċifiku għall-bank u jagħti wkoll gwida tal-Pilastru 2 raġonevoli għal banek b’eżawriment għoli ħafna tal-proporzjon tal-kapital.

Il-firxa ta’ gwida tal-Pilastru 2 f’kull bucket (2023)

* Il-gwida massima tal-Pilastru 2 m’għandhiex limitu.
Nota: P2G tfisser gwida tal-Pilastru 2.

Sors: Superviżjoni Bankarja tal-BĊE

L-approċċ ta’ bucketing jistabbilixxi rabta ċara bejn il-livelli ta’ gwida tal-Pilastru 2 u r-riżultati tat-testijiet tal-istress. Madankollu, kif turi l-grafika, il-gwida tal-Pilastru 2 mhijiex ugwali għall-eżawriment fil-proporzjon ta’ kapital ta’ bank. Pereżempju, bank li l-proporzjon tal-kapital tiegħu jaqa’ bi 8 punti perċentwali jitqiegħed fit-tielet bucket u għalhekk x’aktarx ikollu gwida tal-Pilastru 2 ta’ mhux aktar minn 2.75 %.

Il-buckets u l-firxiet ta’ gwida korrispondenti tal-Pilastru 2 ma nbidlux mill-2021.

Għall-banek li mhumiex parti mit-test tal-istress, is-superviżuri jistabbilixxu l-gwida tal-Pilastru 2 abbażi ta’ valutazzjoni li tħares ’il quddiem tar-reżiljenza tal-bank u tal-impatt potenzjali ta’ xenarji negattivi fuq is-solvenza tiegħu.

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)