Dejjem naħdmu sabiex intejbu dan il-websajt għall-utenti tagħna. Biex nagħmlu dan, nużaw id-dejta anonima pprovduta mill-cookies.
Tgħallem iktar dwar kif nużaw il-cookies
Dejjem naħdmu sabiex intejbu dan il-websajt għall-utenti tagħna. Biex nagħmlu dan, nużaw id-dejta anonima pprovduta mill-cookies.
Ara x'inbidel fil-politika tal-privatezza tagħna
Dejjem naħdmu sabiex intejbu dan il-websajt għall-utenti tagħna. Biex nagħmlu dan, nużaw id-dejta anonima pprovduta mill-cookies.
Tgħallem iktar dwar kif nużaw il-cookies
Din il-kronoloġija turi l-passi ewlenin tas-superviżjoni bankarja Ewropea – mill-proposti tal-bidu għal unjoni bankarja, għall-proċess leġiżlattiv tal-UE għat-tnedija tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u lil hinn.
Il-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern taż-żona tal-euro jieħdu d-deċiżjoni li jgħaddu l-kompiti superviżorji f’idejn il-BĊE fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku.
Il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta abbozzi ta’ regolamenti li jgħaddu kompiti superviżorji speċifiċi lill-BĊE (ir-Regolament MSU) u jpoġġu s-sehem u r-responsabbiltajiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) fl-istess linja mal-qafas il-ġdid tas-superviżjoni bankarja. Il-Kummissjoni tfassal ukoll pjan direzzjonali li jwassal għal unjoni bankarja.
Il-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Eurogrupp jippreżentaw ir-Rapport tal-Erba’ Presidenti li jkompli jsaħħaħ il-viżjoni ppreżentata mill-President tal-Kunsill Ewropew Herman van Rompuy fis-26 ta’ Ġunju 2012 u jistabbilixxi pjan direzzjonali għall-ħolqien ta’ Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina.
Il-BĊE, flimkien mas-superviżuri nazzjonali, jibda l-evalwazzjoni komprensiva biex “jivverifika s-saħħa finanzjarja” ta’ 130 bank. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni komprensiva għandhom jiġu ppubblikati qabel ma l-BĊE jieħu f’idejh il-kompiti superviżorji f’Novembru 2014.
Ir-Regolament MSU jipprovdi biex il-BĊE jieħu f’idejh il-kompiti superviżorji kollha tiegħu fl-4 ta’ Novembru 2014.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jaħtar lis-Sna Danièle Nouy President tal-Bord Superviżorju tal-MSU b’mandat ta’ ħames snin mill-1 ta’ Jannar 2014.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jaħtar lis-Sna Sabine Lautenschläger bħala Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE mit-12 ta’ Frar 2014. Kif jitlob ir-Regolament MSU, il-Viċi President tintgħażel minn fost il-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.
Ir-Regolament Qafas dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku jistabbilixxi l-istruttura legali għall-kooperazzjoni tal-BĊE mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fi ħdan il-MSU. Jirregola r-relazzjonijiet bejn il-BĊE u s-superviżuri nazzjonali u fih regoli li japplikaw direttament għall-banek.
Ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni jistabbilixxi regoli u proċeduri uniformi għar-riżoluzzjoni ta’ banek skont il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni, bis-sostenn tal-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni. Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni se jaħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni tal-pajjiżi parteċipanti.
Il-BĊE jippubblika l-lista tal-istituzzjoni ta’ kreditu sinifikanti suġġetti għas-superviżjoni diretta tal-BĊE kif ukoll il-lista tal-banek inqas sinifikanti fiż-żona tal-euro, li jibqgħu suġġetti għas-superviżjoni tas-superviżuri nazzjonali.
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jaħtar il-ħames membri u ż-żewġ supplenti tal-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami. Il-banek jistgħu jitolbu lil dan il-korp indipendenti jerġa’ jeżamina d-deċiżjonijiet superviżorji tal-BĊE.
Wara t-tlestija tal-evalwazjoni komprensiva, il-BĊE jippubblika r-riżultati kemm għall-banek individwali kif ukoll għall-pajjiżi, flimkien ma’ rakkomandazzjonijiet għal miżuri superviżorji.
Ir-Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorji jistabbilixxi kif tiġi kkalkulata u applikata għall-banek it-tariffa superviżorja annwali, u kif din tinġabar mill-banek kollha suġġetti għas-superviżjoni.
Il-BĊE jieħu f’idejh ir-responsabbiltà superviżorja sħiħa għall-banek fl-Istati Membri li qegħdin jipparteċipaw fil-MSU.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jaħtar il-membri tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u jadotta l-metodoloġija għall-kontribuzzjonijiet tal-banek għall-fondi ta’ riżoluzzjoni.
Il-Litwanja tadotta l-euro u tissieħeb awtomatikament fil-MSU bħala d-19-il pajjiż parteċipanti. L-akbar tliet banek tagħha jidħlu fis-superviżjoni diretta tal-BĊE.
Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni jiddeċiedi jekk u meta jqiegħed bank f’riżoluzzjoni u jistabbilixxi, fl-iskema ta’ riżoluzzjoni, qafas għall-użu ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni u l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jaħtar lis-Sur Andrea Enria President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE b’mandat ta’ ħames snin mill-1 ta’ Jannar 2019.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jaħtar lis-sur Yves Mersch Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE mis-7 ta’ Ottubru 2019. Kif jitlob ir-Regolament MSU, il-Viċi President tintgħażel minn fost il-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.
Il-Bulgarija u l-Kroazja jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib li tibda fl-1 ta’ Ottubru 2020. Il-BĊE iddeċieda fl-10 ta’ Lulju 2020 li jistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib mal- Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) u l-Hrvatska narodna banka (Bank Nazzjonali Kroat).