Strutturi organizzattivi
Il-kompiti superviżorji u tal-politika monetarja tal-BĊE huma distinti minn xulxin u jitwettqu separatament. Pereżempju, il-korpi tal-BĊE li jieħdu d-deċiżjonijiet jiddiskutu kwistjonijiet ta’ politika monetarja u superviżorji f’laqgħat separati.
Is-separazzjoni organizzattiva bejn il-membri tal-persunal li jikkontribwixxu direttament għall-kompiti tal-politika monetarja u dawk involuti fis-superviżjoni sservi biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess potenzjali.
Superviżjoni bankarja tal-BĊE — kif inhi organizzata?
Agħti ħarsa lejn l-istruttura organizzattiva tas-superviżjoni bankarja Ewropea fil-BĊE
Bord Superviżorju
Il-Bord Superviżorju jaħdem mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, biex is-sistema bankarja tal-Ewropa tibqa’ sikura. F’dan, hija appoġġata mill-Kumitat ta’ Tmexxija tagħha. Min huma l-membri ta’ dawn iż-żewġ korpi u kif inhuma organizzati dawn il-korpi?
Il-Bord Superviżorju u l-Kumitat ta’ TmexxijaBord Amministrattiv ta’ Reviżjoni
Il-Bord Amministrattiv ta’ Reviżjoni jwettaq kwalunkwe stħarriġ amministrattiv intern tad-deċiżjonijiet superviżorji tal-BĊE, fuq talba minn dawk affettwati mid-deċiżjoni kkonċernata. Huwa jagħti l-opinjonijiet tiegħu abbażi tal-għarfien espert u l-ġudizzju tal-membri tiegħu, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE.
Bord Amministrattiv ta’ ReviżjoniIl-Bord ta’ Medjazzjoni
Il-Bord ta’ Medjazzjoni jsolvi d-differenzi li jirriżultaw minn kwalunkwe oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE għal deċiżjoni meħuda mill-Bord Superviżorju. Il-membri tal-Bord jintgħażlu minn fost il-membri tal-Kunsill Governattiv u l-Bord Superviżorju.
Il-Bord ta’ MedjazzjoniOrganigramma
Il-kostruzzjoni ta’ superviżjoni bankarja Ewropea, magħrufa ukoll bħala l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), kienet teħtieġ bidliet fl-istruttura organizzattiva tal-BĊE, inkluż il-ħolqien ta’ oqsma ġodda ta’ ħidmiet. Sitt direttorati ġenerali u segretarjat huma ddedikati esklussivament għas-superviżjoni bankarja.
Organigramma