Il-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami jagħmel reviżjonijiet amministrattivi interni tad-deċiżjonijiet superviżorji tal-BĊE, u jiżgura li d-deċiżjonijiet ikunu konformi mar-regoli u l-proċeduri.
Kwalunkwe persuna jew entità legali li tintlaqat direttament minn deċiżjoni superviżorja tal-BĊE tista’ titlob reviżjoni amministrattiva.
Gwida għall-ispejjeż tar-rieżami
Il-ħames membri u ż-żewġ supplenti jinħatru għal perjodi ta’ ħames snin li jistgħu jiġġeddu. Dawn irid ikollhom esperjenza superviżorja u kompetenza rilevanti fil-qasam bankarju iżda ma jistgħux ikunu membri tal-istaff attwali tal-BĊE, tas-superviżuri nazzjonali jew ta’ xi istituzzjoni jew korp nazzjonali jew tal-UE.
Membri | |
---|---|
President | Jean-Paul Redouin |
Viċi President | Concetta Brescia Morra |
Membru | F. Javier Arístegui Yáñez |
Membru | André Camilleri |
Membru | Edgar Meister |
Supplenti | |
Supplent | René Smits |
Supplent | Ivan Šramko |
Biex jiġi żgurat li l-kompiti tal-politika monetarja u dawk superviżorji jkunu separati, il-Bord ta’ Medjazzjoni jirriżolvi differenzi fil-fehmiet dwar xi oġġezzjoni li jista’ jkollu l-Kunsill Governattiv għal abbozz ta’ deċiżjoni tal-Bord Superviżorju.
Membru wieħed minn kull pajjiż parteċipanti, magħżul minn fost il-membri tal-Kunsill Governattiv u l-Bord Superviżorju.