Il-BĊE jkopri l-ispejjeż tal-kompiti u r-responsabbiltajiet superviżorji tiegħu billi jimponi tariffa annwali fuq il-banek kollha taħt superviżjoni.
Din it-taqsima tal-websajt ġiet aġġornata biex tirrifletti l-emendi għar-Regolament tal-BĊE dwar tariffi superviżorji li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020, kif ukoll emendi relatati mal-qafas ġenerali tat-tariffi.
It-tibdil ewlieni huwa dan li ġej:
Konsultazzjoni pubblika dwar emendi għall-qafas tat-tariffi superviżorji
Dati importanti | |
---|---|
Data tal-għeluq għan-nomina ta’ debitur tariffarju (għall-gruppi bankarji biss) | 30 ta’ Settembru 2020 |
Data tal-għeluq biex jintbagħtu dettalji ta’ kuntatt tad-debitur tariffarju | 30 ta’ Settembru 2020 |
Data tal-għeluq għan-notifika tal-esklużjoni tal-assi totali u/jew l-espożizzjoni għar-riskju li jikkorrispondu mas-sussidjarji mhux MSU (fejn applikabbli) | 30 ta’ Settembru 2020 |
Data tal-għeluq biex jintbagħtu l-fatturi tariffarji (fejn applikabbli) | 11 ta’ Novembru 2020 |
Pubblikazzjoni tal-fatturi tariffarji (għad-debituri tariffarji kollha) | Jannar 2021 |
Ħruġ tal-avviżi tariffarji | Mejju 2021 |
Data tal-għeluq għall-ħlas | Ġunju 2021 |
Il-banek kollha taħt superviżjoni li huma stabbiliti fl-Istati Membri.
It-tariffa tiġi kkalkulata skont l-importanza u l-profil tar-riskju tal-bank. Bħala prinċipju, il-banek il-kbar bi profili tar-riskju għoljin iħallsu tariffi aktar għoljin.
Hemm diversi modi kif tħallas it-tariffa superviżorja. Id-dettalji jinsabu fl-avviż tariffarju li jintbagħat kull sena.
Il-fatturi tariffarji huma dejta dwar bank taħt superviżjoni li tintuża għall-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali.
Bidla fis-sitwazzjoni tal-bank tiegħek, bħal bidla fl-istat superviżorju, irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew għaqda, tista’ taffettwa t-tariffa superviżorja.