Menu

Valutazzjoni tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet

“Meta ppjanajna l-attenzjoni superviżorja tagħna għall-2021, ħarisna lejn żewġ affarijiet. Għamilna mappa tar-riskji ewlenin li qed jiffaċċjaw il-banek, u d-dgħufijiet li jagħmlu l-banek vulnerabbli għal dawn ir-riskji."

- Andrea Enria, President tal-Bord Superviżorju

Ir-riżultati ewlenin tal-eżerċizzju tal-valutazzjoni tar-riskju għall-2021 huma ppreżentati fil-Mappa tar-Riskju tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (SSM) u t-tabella tal-vulnerabbiltajiet.

Il-Mappa tar-Riskju MSU turi l-fatturi ewlenin tar-riskju li huma mistennija jaffettwaw l-istituzzjonijiet taħt superviżjoni matul is-sentejn jew tlieta li ġejjin. Dawn ir-riskji huma vvalutati skont l-impatt u l-probabbiltà tagħhom. It-tabella tal-vulnerabbiltajiet tindika d-dgħufijiet interni u esterni tal-banek. Dawn in-nuqqasijiet huma l-kanali li permezz tagħhom ir-riskji jistgħu jaffettwaw is-settur bankarju.

Il-kawżi ewlenin tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet m’għandhomx jitqiesu waħedhom billi jistgħu jikkawżaw jew isaħħu lil xulxin.

Valutazzjoni tar-riskju għall-2021

Mappa tar-Riskji MSU għall-2021

L-istampa tar-riskju ġiet iffurmata mill-pandemija tal-koronavirus (COVID-19) u l-inċertezza għolja dwar il-prospetti makroekonomiċi.

Mappa tar-Riskji MSU għall-2021

Sors: Il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Nota: Tikek b'mili abjad jindikaw kawżi ta’ riskju li huma mistennija li jiżdiedu bil-qawwa fil-ħames snin li ġejjin; "ML TF" tirreferi għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; "NPLs" tirreferi għal self improduttiv.

Il-Mappa tar-Riskji tal-MSU turistampa aggregata għall-istituzzjonijiet taħt superviżjoni u tiffoka biss fuq il-kawżi ewlenin tar-riskju. Bħala tali, m'għandhiex titqies bħala lista eżawrjenti tar-riskji kollha ffaċċjati mis-settur bankarju.

Vulnerabbiltajiet ewlenin fis-settur bankarju fl-2021

Ir-riskji deskritti hawn fuq jistgħu jaffettwaw il-banek permezz ta’ vulnerabbiltajiet interni u esterni eżistenti prevalenti fis-sistema bankarja nnifisha jew fl-ambjent li fih joperaw il-banek. Abbażi tal-istampa tar-riskju attwali, il-vulnerabbiltajiet ewlenin identifikati sawru l-oqsma ta’ prijorità għas-superviżjoni fl-2021.

Tabella tal-vulnerabbiltajiet għall-2021

Sors: Il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Nota: Il-vulnerabbiltajiet interni jistgħu jiġu indirizzati mill-banek infushom, filwaqt li l-vulnerabbiltajiet esterni jirreferu għall-ambjent li fih joperaw il-banek.

Informazzjoni dwar eżerċizzji preċedenti tal-valutazzjoni tar-riskju