Djalogu tal-BĊE maż-Żgħażagħ
Nafu li d-deċiżjonijiet li nieħdu jista' jkollhom impatt fuq il-ħajja tiegħek ta' kuljum. Għalhekk irridu niżguraw li mhux biss tisma' minn għandna jew dwarna, iżda wkoll li jkollok l-opportunità li tkellimna u titkellem magħna direttament.
Id-Djalogu tal-BĊE maż-Żgħażagħ jagħtik l-opportunità li tagħmel proprju dan. Aħna norganizzaw avvenimenti madwar l-Ewropa – anke onlajn – li jipprovdulek kuntatt dirett mal-leġiżlaturi tal-BĊE biex tkun tista' tistaqsi dak li trid u taqsam il-fehmiet tiegħek magħna.
Djalogi maż-Żgħażagħ dwar l-attività tal-banek ċentraliDjalogu maż-Żgħażagħ ma’ Andrea Enria, Ruma, Diċembru 2019
Studenti u eks studenti mill-Università La Sapienza ta’ Ruma tkellmu ma’ Andrea Enria, il-President tal-Bord Superviżorju, dwar is-superviżjoni bankarja Ewropea, it-trasparenza, id-diġitalizzazzjoni u suġġetti oħra. Is-Sur Enria staqsa wkoll lill-parteċipanti dwar l-isfidi li jiffaċċjaw bħala professjonisti aspiranti fis-settur finanzjarju.
L-avveniment, li sar bi sħab mal-Fakultà tal-Ekonomija tal-università, kien opportunità eċċellenti għall-parteċipanti biex jesprimu t-tħassib u l-fehmiet tagħhom dwar il-futur tas-superviżjoni bankarja Ewropea ma’ persuna stabbilita li tfassal il-politika. Is-Sur Enria offra pariri prattiċi u rakkomandazzjonijiet lil dawk interessati li jsegwu karriera fis-superviżjoni bankarja. Dawn huma l-punti prinċipali mid-diskuzzjoni!
Ara l-avveniment sħiħ
Ġrajjiet tal-imgħoddi
Professjonisti żgħażagħ li jaħdmu fl-industrija finanzjarja f'Lisbona tkellmu ma’ Andrea Enria, President tal-Bord Superviżorju, u Elisa Ferreira, Viċi-Gvernatur tal-Banco de Portugal, dwar is-superviżjoni bankarja Ewropea, l-etika fil-finanzi, id-diġitalizzazzjoni u suġġetti oħra.
L-avveniment li ġie organizzat flimkien mal-Banco de Portugal, kien opportunità eċċellenti għal professjonisti żgħażagħ biex jaqsmu ħsibijiethom u l-esperjenzi tagħhom u l-isfidi li jiffaċċjaw ma' dawk li jfasslu l-politika f’livell għoli filwaqt li jitgħallmu mill-perspettivi ta' xulxin. Hawn tista' tieħu idea tad-diskussjoni!
Li jkollok fehmiet differenti involuti, li jkollok nies li jistgħu jikkontestaw id-deċiżjonijiet ta’ persuni f’pożizzjoni eżekuttiva, naħseb, huwa kruċjali għal governanza tajba.
– Andrea Enria
Kumpanniji kbar tat-teknoloġija kbira għandhom ammont kbir ta' informazzjoni u klijenti marbuta. Dan huwa qasam li jien imħasseb dwaru: pagamenti, forex u krediti tal-konsumatur – u kif dan jista’ jaffettwa s-servizzi bankarji.
– Andrea Enria
Sakemm ma jkunx hemm ir-rieda politika meħtieġa biex jitlestew il-partijiet neqsin tal-Unjoni Bankarja – inkluża skema ta’ depożitu komuni sħiħa – irridu nieħdu passi tekniċi żgħar biex inaqqsu r-riskji kbar ta' stabbiltà li jirriżultaw mill-arkitettura mhux kompluta preżenti.
– Elisa Ferreira
L-Intelliġenza artifiċjali tista’ tintuża wkoll fuq in-naħa ta' sorveljanza. Nistgħu nużawha biex nidentifikaw id-dwal ħomor li jgħinu lill-banek jimmaniġġjaw ir-riskji tagħhom.
– Andrea Enria
Irridu naħdmu fuq AI trasparenti u spjegabbli biex niżguraw li l-prodotti jkunu ġusti, trasparenti u affidabbli għas-soċjetà inġenerali.
– Bernardo Caldas, parteċipant (Kap tax-xjenza tad-dejta u l-intelliġenza artifiċjali f'Novo Banco)
Il-bankiera għandhom iħarsu lil hinn mill-orizzont fuq medda qasira ta’ żmien meta jimmaniġġjaw ir-riskji biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima. Għadna ma sfidajniex dan in-nuqqas ta’ viżjoni
– Andrea Enria
Il-ġenerazzjoni tagħkom intlaqtet b’mod partikolari mill-kriżi finanzjarja, u l-bidu ta’ karriera fil-finanzi dak iż-żmien bilfors kellu jkun verament diffiċli Il-bidla ewlenija meħtieġa hija l-kultura, jiġifieri l-mod kif il-bankiera jipperċepixxu r-responsabbiltajiet tagħhom – ukoll lejn is-soċjetà inġenerali. Dan ma jistax jiġi rranġat bir-regoli, imma jrid jiġi mitmugħ mis-settur innifsu.
– Andrea Enria
Ara l-avveniment sħiħ
Ara l-avveniment sħiħ
Studenti u ex studenti ta’ Frankfurt School kellhoml-opportunità li jitkellmu mal-kapijiet tas-superviżjoni bankarja Ewropea dwar xogħolhom biex iżommu l-banek siguri u s-settur finanzjarju Ewropew b’saħħtu u stabbli, fl-interess tagħna lkoll.
Hekk kif qed jispiċċa l-mandat tagħhom, il-President tal-Bord Superviżorju, Danièle Nouy u l-Viċi President Sabine Lautenschläger taw ħarsa lura lejn x’inkiseb minn mindu ġiet stabbilita s-superviżjoni bankarja Ewropea fl-2014, u qasmu l-esperjenzi tagħhom dwar x’dehrilhom mill-fatt li kienu qed jagħmlu xi ħaġa li ma kinitx saret qabel.
Hawn tista' tieħu idea tad-diskussjoni!
Bdejna mix-xejn fi proċess evoluzzjonarju qawwi. – Danièle Nouy
Stajna nużaw, pereżempju servizzi HR u IT stabbiliti diġà fil-BĊE. – Sabine Lautenschläger
Jekk għandek edukazzjoni soda, tista’ titgħallem il-bqija. U xejn ma tiddejjaq – kultant nixtieq li kienet iktar tedjanti! Dejjem hemm xogħol x’tagħmel. – Danièle Nouy
Ma humiex valuti – huma assi diġitali. – Sabine Lautenschläger
Huma tip ta’ każinò! – Danièle Nouy
Xogħlna hu li nkunu żguri li l-banek huma reżiljenti u huma lesti għall-kriżi li jmiss, tiġi meta tiġi. – Danièle Nouy
Jekk ikollok iċċaqlaq 26 awtorità u 3,000 impjegat u tiżgura t-trattament ugwali lil kulħadd, jeħtieġ li jkollok proċeduri. Allura ma tkunx burokrazija, imma mezz kif tiġi żgurata l-kredibbiltà. – Sabine Lautenschläger
Il-Banek Ewropej bdew bi €1 triljun ta’ self li ma jirrendix. Issa qegħdin €650 għaliex implimentajna l-aħjar għodod. – Danièle Nouy
Xogħli l-iktar li nħobbu nhar ta’ Ġimgħa! Ħafna minna niltaqgħu għal laqgħa regolari dakinhar u dejjem huwa ta’ sodisfazzjon kbir biex tara l-impenn ta’ kulħadd, biex titgħallem mill-gruppi differenti ta' esperjenza u biex tfassal il-ġejjieni tas-superviżjoni bankarja Ewropea flimkien. – Sabine Lautenschläger
Il-BĊE joffri traineeships fis-superviżjoni lil studenti minn ħafna oqsma tal-istudju differenti. Sempliċiment żomm għajnejk fuq il-websajt! – Danièle Nouy
Kun af iktar!Danièle Nouy, President tal-Bord Superviżorju, iltaqgħet ma' grupp ta' żgħażagħ professjonisti li jaħdmu fl-industrija finanzjarja f'Madrid. Kellhom ħafna mistoqsijiet lesti għaliha, mhux biss dwar is-servizzi bankarji Ewropej u l-istabbiltà finanzjarja, iżda wkoll dwar l-etika fil-finanza, id-diġitalizzazzjoni u suġġetti oħra iżjed personali, bħal x'motivi għandha biex taħdem kif qed tagħmel.
L-avveniment li ġie organizzat flimkien mal-Banco de España, kien opportunità importanti għal professjonisti żgħażagħ biex jaqsmu ħsibijiethom u l-esperjenzi tagħhom ma' leġiżlatur anzjan u biex jitgħallmu mill-perspettivi ta' xulxin.
Hawn tista' tieħu idea tad-diskussjoni!
Ir-reputazzjonijiet tal-banek sofrew minħabba l-kriżi. Kif se nerġgħu niksbu l-fiduċja tan-nies?
L-etika hi kruċjali. Jeħtieġ li l-banek ikollhom perspettiva ta' tul ta' żmien u jaġixxu skont l-etika. Inti tista' tgħin biex is-servizzi bankarji jsiru aktar siguri u aħjar.
Qed nagħmlu ħilitna kollha biex nadattaw għall-ambjent ġdid li ninsabu fih. Ir-regolaturi qed jagħmlu l-istess?
Iva, qed naħdmu bis-serjetà bħalek biex nagħmlu l-adattament. Jien ili naħdem fis-superviżjoni għal 40 sena, imma qed nitgħallem xi ħaġa ġdida kuljum. Dan hu l-aspett sabiħ ta' dan ix-xogħol. Dan ix-xogħol hu intellettwalment stimolanti ħafna!
Fil-fehma tiegħi, waħda mill-akbar theddidiet għas-servizzi bankarji Ewropej hi d-dħul ta' parteċipanti ġodda. Inti x'taħseb dwar fintech?
Naħseb li l-innovazzjoni hi ta' importanza ewlenija. Dejjem se jkun hemm klijenti li jippreferixxu jħallsu għal servizzi bankarji tradizzjonali, waqt li oħrajn, bħan-neputija tiegħi, jagħmlu kollox bit-telefon. Hemm lok għal kull xorta ta' banek. iżda l-fintechs li joffru servizzi bankarji se jkunu taħt superviżjoni bħala banek.
Taħseb li għandu jkun hemm aktar amalgamazzjonijiet u akkwisti fl-Ewropa?
Għandna bżonn inqas banek, iżda hemm modi differenti kif nistgħu insolvu din il-kwistjoni. Il-banek jistgħu jingħalqu jew jistgħu jiġu amalgamati. Iżda l-amalgamazzjonijiet jeħtieġ li jkunu strateġiċi biex ir-riżultat ikun dak ta' banek sostenibbli. Żewġ irġiel mifluġin ma jagħmlux wieħed b'saħħtu - speċjalment jekk ikunu morda wkoll!
Veru ħadt gost niltaqgħa ma' dawn iż-żgħażagħ - ħejjew mistoqsijiet veru tajbin dwar ħafna suġġetti. Ma kienux mistħijin!
Tkellmet b'mod veru ċar u naħseb li din kienet esperjenza ta' tagħlim u tassew pożittiva. Kienet informali, naturali, tassew ħassejtni komda. – Marcela Nario
Naħseb li dan hu mod mill-isbaħ għall-iskambju ta' fehmiet ma' żgħażagħ li jaħdmu fil-banek. – Federico Power Esteban
Tagħrif ieħor
Trid tkun taf aktar dwar is-suġġetti ta' dan id-Djalogu tal-BĊE maż-Żgħażagħ? Agħti titwila lejn il-paġni li ġejjin!
Servizzi bankarji Ewropej
Stabbiltà finanzjarja
Lenti fuq l-istabbiltà finanzjarjaReżistenza ċibernetika