Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Il-Proċess Superviżorju ta’ Rieżami u Valutazzjoni fl-2016

L-għan tal-Proċess Superviżorju ta’ Rieżami u Valutazzjoni (SREP) hu li jippromwovi sistema bankarja li tiflaħ għall-iskossi bħala prerekwiżit għal finanzjament sostenibbli u solidu tal-ekonomija.

Is-SREP fl-2016

Il-BĊE jiġbed l-attenzjoni għal dan li ġej:

  • Skont ir-Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq tas-16 ta’ April 2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dawk l-istituzzjonijiet li jkollhom titoli negozjati pubblikament huma mistennija jivvalutaw jekk ir-rekwiżiti tal-Pilastru 2 jissodisfawx il-kriterji tal-informazzjoni interna u għandhomx jiġu żvelati pubblikament.
    Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq tas-16 ta’ April 2014
  • L-opinjoni tal-ABE tas-16 ta’ Diċembru 2015 li tgħid “awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-użu tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 438 (b) tas-CRR biex jitolbu lill-istituzzjonijiet jiżvelaw ir-rekwiżiti tal-kapital rilevanti għall-MDA […], jew għall-inqas għandhomx jimpedixxu jew jiskoraġġixxu kwalunkwe istituzzjoni milli tiżvela din l-informazzjoni”.
    Opinjoni tal-ABE tas-16 ta’ Diċembru 2015

Fid-dawl ta’ dak li jidher hawn fuq, il-BĊE la jimpedixxi u lanqas jiskoraġġixxi lill-istituzzjonijiet milli jiżvelaw ir-rekwiżiti tal-kapital rilevanti għall-MDA.

Ktejjeb tal-metodoloġija SREP 2016

Rekwiżiti tal-kapital

B'mod ġenerali, l-ammont ta’ Ishma Komuni ta' Grad 1 (CET1) li l-banek taħt superviżjoni diretta huma mistennija li jkollhom, kif determinat mis-SREP, se jkun ġeneralment stabbli mill-2016 sal-2017. Dan jibqa’ fuq medja u medjan ta' madwar 10% tal-assi totali peżati għar-riskju.

  • Minħabba l-pożizzjoni taż-żona tal-euro fiċ-ċiklu ekonomiku, il-livell ta’ kapital fis-sistema bankarja jeħtieġ li jinżamm b’mod ġenerali - fejn ċerti banek issa huma meħtieġa jżommu xi kapital addizzjonali, u banek oħra għandhom iżommu ftit inqas.
  • Is-SREP 2016 iqis l-ambjent ekonomiku kontinwament kajman fejn il-banek jeħtieġu jadattaw il-mudelli tan-negozju tagħhom għall-kundizzjonijiet finanzjarji attwali u jaġġustaw għal sfidi oħra bħall-kapaċità żejda u l-frammentazzjoni tas-suq, li kollha għamlu pressjoni fuq il-profitabilità tagħhom. F'dan il-kuntest, hu importanti wkoll li wieħed jinnota li self li ma jrendix għadu qed jaffettwa b'mod negattiv il-profitabilità tal-banek f'ċerti pajjiżi.

Matul is-SREP, is-superviżur mhux biss jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kapital tal-banek, iżda jista’ wkoll jiddeċiedi li jimponi miżuri addizzjonali fuq il-banek, inklużi miżuri tal-likwidità u miżuri kwalitattivi.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)