Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Setgħat nazzjonali eżerċitati mill-BĊE

Il-biċċa l-kbira tas-setgħat superviżorji tal-BĊE, bħal dawk skont ir-Regolament MSU jew id-Direttiva u r-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital, huma bbażati fuq id-dritt tal-UE. Il-BĊE japplika dawn is-setgħat lill-banek sinifikanti kollha taħt is-superviżjoni bankarja Ewropea. Barra minn hekk, il-BĊE jeżerċita ċerti setgħat mogħtija skont id-dritt nazzjonali li ma jissemmewx espliċitament fid-dritt tal-UE. Dawn is-setgħat nazzjonali mhumiex armonizzati fil-livell Ewropew, u jkopru biss il-banek fil-pajjiż fejn japplika d-dritt nazzjonali.

Is-setgħat nazzjonali jistgħu jinkludu s-setgħa ta’ approvazzjoni ta':

  • għaqdiet bankarji
  • akkwist jew bejgħ ta’ assi jew obbligazzjonijiet
  • emendi għall-istatuti tal-banek
  • proġetti ta’ esternalizzazzjoni
  • operazzjonijiet f’pajjiżi terzi
Lista komprensiva tas-setgħat nazzjonali li bħalissa huma eżerċitati mill-BĊE

Il-banek direttament taħt is-superviżjoni tal-BĊE normalment għandhom jibagħtu lill-BĊE kwalunkwe talba, applikazzjonijiet jew notifika b’rabta ma’ dawn is-setgħat (ara l-“ittra tal-punt tad-dħul” mibgħuta lill-banek). Il-BĊE mbagħad joħroġ deċiżjoni superviżorja lill-bank rilevanti li fih jawtorizza jew joġġezzjona għall-operazzjoni ppjanata. F’xi każijiet, jekk is-superviżur ma joġġezzjonax f’perjodu ta’ żmien partikolari, din titqies bħala approvazzjoni impliċita. F’dawk il-każijiet, il-BĊE m’għandux għalfejn joħroġ deċiżjoni superviżorja. Id-dritt nazzjonali jista’ jispeċifika wkoll rekwiżiti addizzjonali għall-banek u kriterji speċifiċi għall-valutazzjoni superviżorja.

Ittra tal-punt tad-dħul

Aġġornamenti dwar suġġetti speċifiċi

Setgħat relatati ma’ bonds koperti

Meta ntbagħtet l-ittra tal-punt tad-dħul lill-banek fl-2017, il-kjarifika tad-delinjazzjoni tal-kompetenzi bejn il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (NCAs) fir-rigward tal-ħruġ ta’ bonds koperti kienet għadha qed tiġi kkunsidrata. Fl-2018, il-BĊE, f’ kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, kompla jiċċara din il-kwistjoni kif ġej:

Il-BĊE huwa kompetenti biex jiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni ġenerali biex jinħarġu bonds koperti kull meta dan ikun previst fid-dritt nazzjonali.

F’pajjiżi fejn hija meħtieġa awtorizzazzjoni ġenerali biex jinħarġu bonds koperti flimkien mal-liċenzja bankarja ġenerali (pereżempju l-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, l-Irlanda u l-Lussemburgu), il-BĊE jiddeċiedi dwar din l-awtorizzazzjoni. Il-kompetenza tal-BĊE f’dan il-qasam hija marbuta mal-kompetenza esklussiva tiegħu li jagħti awtorizzazzjonijiet bħala parti mill-proċeduri komuni lil istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti u inqas sinifikanti (ħlief fil-każ tal-Belġju). Għaldaqstant, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom l-intenzjoni li japplikaw għal awtorizzazzjoni ġenerali biex joħorġu bonds koperti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom lill-NCAs rilevanti, skont il-proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu.

F’pajjiżi fejn l-attività tal-ħruġ ta’ bonds koperti hija koperta mil-liċenzja bankarja ġenerali, il-kjarifika msemmija hawn fuq ma tinvolvi l-ebda ċaqliq tal-kompetenzi bejn il-BĊE u l-NCAs. L-NCAs jibqgħu wkoll esklussivament kompetenti biex jawtorizzaw programmi ta’ ħruġ individwali jew ħruġ ta’ bonds koperti u biex iwettqu s-superviżjoni kontinwa ta’ bonds koperti.

SEE ALSO

Find out more about related content

Il-paġni kollha f’din it-taqsima

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)