Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)

X’inhu l-whistleblowing?

Tissuspetta li entità taħt superviżjoni, superviżur bankarju nazzjonali jew il-Bank Ċentrali Ewropew innifsu kisru jew qed jiksru l-liġi tal-Unjoni Ewropea relatata mas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu? Jekk dan hu l-każ, tista’ tirrapporta dan il-ksur lill-awtorità rilevanti. Dan jissejjaħ żvelar ta’ informazzjoni protetta (whistleblowing) – jew rappurtar ta’ ksur.

Tista’ tirrapporta ksur permezz tal-pjattaforma sigura tagħna għall-iżvelar ta’ informazzjoni protetta.

Qabel ma tagħmel dan, jekk jogħġbok kun ċert li taf x’tip ta’ informazzjoni tista’ tissottometti u kif taħdem il-pjattaforma, kif deskritt hawn taħt. Jekk jogħġbok aqra wkoll l-Istqarrija ta’ Privatezza u Informazzjoni legali importanti.

Meta tikkuntattja l-BĊE permezz tal-pjattaforma tal-iżvelar ta’ informazzjoni protetta?

Ikkuntattjana permezz tal-pjattaforma tal-iżvelar ta’ informazzjoni protetta jekk tissuspetta ksur tal-liġi tal-UE relatata mas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu minn jew:

jew

Meta għandi nikkuntattja lil superviżur nazzjonali?

Ikkuntattja lill-ANK rilevanti jekk:

  • entità suspettata bi ksur hija ssorveljata direttament mis-superviżur nazzjonali tagħha u mhux mill-BĊE
  • il-ksur twettaq minn kwalunkwe entità oħra mhux taħt superviżjoni mill-BĊE fil-kuntest tas-superviżjoni bankarja Ewropea, bħal impriża tal-assigurazzjoni

Nista’ nuża l-pjattaforma ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta biex nirrapporta ksur relatat mal-protezzjoni tal-konsumatur jew l-implimentazzjoni ta’ regoli kontra l-ħasil tal-flus? 

Le, peress li dawn l-oqsma jaqgħu esklussivament taħt il-kompetenzi tal-awtoritajiet nazzjonali jew tal-Awtorità Bankarja Ewropea. Jekk jogħġbok uża l-links ta’ hawn taħt biex issir taf x’passi għandek tieħu.

Għal kwistjonijiet jew mistoqsijiet oħra, jekk jogħġbok uża d-dettalji ta’ kuntatt ġenerali tagħna.

Xi tfisser b’“liġi tal-UE relatata mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu”?

Fil-kuntest tas-superviżjoni bankarja Ewropea, il-liġi rilevanti tal-UE tinkludi r-regoli relatati mas-superviżjoni prudenzjali tal-banek. L-għan tar-regoli huwa li jiġi żgurat li kemm il-banek kif ukoll is-sistema finanzjarja kollha kemm hi jkunu sikuri u sodi, u l-BĊE japplikahom meta jwettaq il-kompiti kkonferiti lilu mill- Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (ir-Regolament MSU).

Dawn ir-regoli jinkludu:

  • regolamenti direttament applikabbli bħar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital (CRR), li jinkludi rekwiżiti fl-oqsma ta’ fondi proprji, rekwiżiti kapitali, limiti ta’ skoperturi kbar, likwidità, ingranaġġ u rappurtar, kif ukoll divulgazzjoni pubblika ta’ informazzjoni dwar dawk l-oqsma
  • implimentazzjonijiet nazzjonali ta’ direttivi bħad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital (CRD), li tinkludi rekwiżiti fil-qasam tal-governanza, inklużi kriterji ta’ kompetenza u idoneità, ġestjoni tar-riskju, kontrolli interni, u politiki u prattiki ta’ rimunerazzjoni
  • Regolamenti tal-BĊE, bħar-Regolament Qafas tal-MSU u d-deċiżjonijiet tal-BĊE dwar is-superviżjoni bankarja
Jekk jogħġbok uża l-link li ġejja għal informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-BĊE: 
Deċiżjonijiet tal-BĊE u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet

Kif nista’ nirrapporta ksur?

Għandek tirrapporta ksur permezz tal-pjattaforma tal-iżvelar ta’ informazzjoni protetta. Ir-rapporti kollha għandu jiġu sottomessi bil-bona fidi u għal motivi raġonevoli Il-BĊE jirrakkomanda li tissottometti dokumenti biex issostni l-allegazzjonijiet tiegħek, u nistgħu ma nieħdux azzjoni ta’ segwitu jekk rapport ikun fih allegazzjonijiet mhux sostanzjati.

Irrapporta ksur permezz tal-pjattaforma tal-pjattaforma tal-iżvelar ta’ informazzjoni protetta

Pass 1: Imla ll-formula onlajn

  • L-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta fi kwalunkw lingwa tal-UE
  • Ir-rapporti anonimi huma aċċettati
  • L-informazzjoni pprovduta għandha tkun preċiża u kompleta kemm jista’ jkun

Pass 2: Issottometti d-dokumenti ta’ appoġġ (ara iktar l-isfel)

L-informazzjoni sottomessa lill-pjattaforma tal-informazzjoni tiġi pproċessata esternament f'isem il-BĊE mill-fornitur terz sigur EQS Group AG. Il-Grupp EQS m’għandux aċċess għall-kontenut tas-sottomissjonijiet. Għal iżjed informazzjoni jekk jogħġbok aqra d-dikjarazzjoni ta’ privatezza sħiħa.

Kif nista’ nippreżenta dokumenti ta’ sostenn?

Issottometti d-dokumenti billi tuża l-funzjoni biex ittellagħhom fuq il-pjattaforma tal-whistleblowing billi tagħżel il-fajl(s) relevanti u tikklikkja l-buttuna tal-upload meta tintalab tagħmel hekk.

Meta tissottometti l-informazzjoni b’mod anonimu, jekk jogħġbok kun ċert li tneħħi kwalunkwe informazzjoni li tista’ tidentifikak – pereżempju, proprjetajiet tal-fajl li jista’ jkun fihom ismek bħala l-awtur ta’ dokument.

X’tipi ta’ fajls nista’ ntella’?

Dawn il-formati ta’ fajls li ġejjin huma aċċettati (sa daqs massimu ta’ 10 MB): PDF, Word, Excel, PowerPoint, GIF u JPEG.

Kif nista’ nikseb inbox fuq il-pjattaforma tal-pjattaforma tal-iżvelar ta’ informazzjoni protetta?

Dan l-inbox huwa kanal ta’ komunikazzjoni sigur li jiġi pprovdut lilek wara li tkun bagħtet informazzjoni lill-pjattaforma tal-iżvelar ta’ informazzjoni protetta. L-inbox tiegħek tippermettilek li tiċċekkja l-istatus tar-rapport tiegħek, u aħna jużaw l-inbox biex navżawk jekk neħtiġux informazzjoni addizzjonali. Se tiġi pprovdut b’inbox anke meta tissottometti informazzjoni b’mod anonimu.

Wara s-sottomissjoni, tirċievi numru tar-rapport ta’ ksur uniku u jkollok toħloq password.

Importanti: Mhux possibbli li jingħatalek lura l-aċċess għall-inbox tiegħek jekk tinsa n-numru tar-rapport tal-ksur jew il-password.

X’jiġri wara li nirrapporta ksur?

Tim ta’ esperti jivvaluta jekk il-ksur rrapportat ikunx rilevanti għall-BĊE jew għal superviżur bankarju nazzjonali. Jekk it-tim jikkonkludi li r-rapport huwa rilevanti, dan jiġi mgħoddi lill-qasam xieraq fi ħdan il-BĊE, jew lil superviżur bankarju nazzjonali. L-informazzjoni inkluża fir-rapporti dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta tista’ teħtieġ ukoll li tiġi kkomunikata lil awtoritajiet rilevanti oħra jekk jitqies xieraq jew meħtieġ mil-liġi.

Rapport rilevanti jista’ jwassal għal azzjoni superviżorja – pereżempju, talbiet għal informazzjoni, spezzjonijiet fuq il-post, miżuri superviżorji jew proċeduri ta’ sanzjoni.

Minħabba r-regoli ta’ segretezza professjonali, m’aħniex permessi nikkomunikaw l-eżitu ta’ rapport lill-informatur. Madankollu, kull sena jiġi ppubblikat sommarju aggregat u anonimizzat tar-rapporti ta’ ksur u tal-azzjonijiet konsegwenzjali meħudin bħala parti mir-rapport annwali tal-BĊE dwar l-attivitajiet superviżorji.

Kunfidenzjalità

Ir-rapporti kollha jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali fl-osservanza tal-qafas ta’ protezzjoni tad-data tal-UE. Aħna nipproteġu d-data personali u niżguraw protezzjoni xierqa kemm għall-parti li tirrapporta (l-informatur) kif ukoll għall-parti akkużata.

Stqarrija tal-privatezza

Il-paġni kollha f’din it-taqsima

Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)