Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-BĊE jiftaħ konsultazzjoni fuq ir-rieżami tar-Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorji

2 ta’ Ġunju 2017
  • Il-konsultazzjoni hija opportunità biex jiġu proposti emendi u titjib
  • Il-konsultazzjoni tibda mil-lum u ddum sal-20 ta’ Lulju 2017

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qiegħed jiftaħ konsultazzjoni pubblika fuq ir-rieżami tar-Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorji. L-għan tal-konsultazzjoni, li għaliha hemm provediment fl-Artikolu 17 tar-Regolament, huwa li jinġabru l-kummenti tal-partijiet interessati sabiex titqies il-possibbiltà ta’ titjib. It-tweġibiet se jipprovdu lill-BĊE b’tagħrif importanti biex jitħejja, jekk ikun il-każ, aġġornament formali tar-Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorji. Ir-rieżami se jiffoka fuq il-metodoloġija u l-kriterji għall-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali li tinġabar mingħand kull bank u grupp ta’ banek taħt superviżjoni.

Il-konsultazzjoni tiftaħ illum u tibqa’ sejra sal-20 ta’ Lulju 2017. Id-dokument tal-konsultazzjoni u l-iżjed mistoqsijiet komuni jinsabu fis-sit tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.

Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, il-persuna ta’ kuntatt hija Nicos Keranis (+49 69 1344 7806).

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja
Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)