Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Is-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE tistabbilixxi t-tariffi superviżorji għall-2014–2015

29 ta' April 2015
  • It-tariffi superviżorji għall-banek se jlaħħqu €326 miljun għall-perjodu 2014–2015

  • 123 bank sinifikanti bejniethom se jħallsu 89% tal-ispejjeż, filwaqt li 3,500 bank inqas sinifikanti se joħorġu 11%

L-ammont totali ta’ tariffi li se jiġbor il-BĊE għall-ispejjeż tas-superviżjoni prudenzjali tas-settur bankarju taż-żona tal-euro fil-perjodu 2014–2015 se jkun ta’ €326 miljun.

Dan jinqasam fi €30 miljun għall-ispejjeż imġarrba fl-aħħar xahrejn tal-2014 (minn meta l-BĊE ħa f’idejh ir-responsabbiltà operattiva għas-superviżjoni) kif jidher fil-kontijiet annwali tal-BĊE għall-2014, u €296 miljun għall-ispiża maħsuba għas-sena 2015 kollha.

€289.7 miljun jew 89% tal-ammont sħiħ se jinġabar mill-123 bank sinifikanti b’superviżjoni diretta, u dan jirrifletti l-attenzjoni superviżorja partikolari tal-BĊE. Is-€36.3 miljun li jibqa’, jew 11%, se jinġabru minn madwar 3,500 bank inqas sinifikanti taħt is-superviżjoni indiretta tal-BĊE. L-ammont totali ta’ €326 miljun għall-perjodu 2014–2015 joqrob lejn il-kalkolu preliminari ta’ Mejju 2014 meta kien maħsub li l-ispiża kellha tlaħħaq madwar €300 miljun, filwaqt li l-proporzjon ta’ 11% li se jinġabar mill-banek b’superviżjoni indiretta hu inqas mill-kalkolu oriġinali ta’ 15%.

Għall-banek individwali, it-tariffi se jiġu kkalkulati skont l-importanza u l-profil tar-riskju tal-bank. Il-banek kollha taż-żona tal-euro għandhom jibagħtu d-dejta għall-kalkolu tat-tariffi speċifiċi tagħhom sal-1 ta’ Lulju 2015. It-tariffi totali għal kull bank individwali mbagħad jiġu allokati u l-fatturi jintbagħtu lejn l-aħħar tal-2015.

Maż-żmien, is-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE tifhem aħjar il-banek taħt is-superviżjoni tagħha u tkun tista’ tidentifika oqsma li jkunu jeħtieġu aktar attenzjoni superviżorja. Dan jista’ jkollu impatt fuq l-ispiża totali mġarrba għas-superviżjoni bankarja. Għalhekk, il-livell stabbli tal-ispejjeż superviżorji totali tal-BĊE mhuwiex se jkun stabbilit qabel ma jgħaddi ftit ta’ żmien ieħor.

Għal aktar tagħrif tista’ ċċempel lil Ronan Sheridan (+49 69 1344 7416).

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja
Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)