Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-BĊE jippubblika Regolament dwar l-informazzjoni finanzjarja superviżorja

26 ta' Marzu 2015

EMBARGO

M’għandhiex tixxandar qabel l-10 a.m. CET tal-Ħamis 26 ta’ Marzu 2015
  • Ir-Regolament jestendi r-rekwiżiti tar-rappurtar finanzjarju superviżorju għall-entitajiet kollha suġġetti għas-superviżjoni

  • Il-pubblikazzjoni ttemm il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum ippubblika Regolament tal-BĊE dwar ir-rappurtar ta’ informazzjoni finanzjarja superviżorja.

Ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri tar-rappurtar ta’ informazzjoni finanzjarja superviżorja minn entitajiet taħt superviżjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-BĊE. L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju ( International Financial Reporting Standards – IFRS) fil-livell ikkonsolidat diġà huma obbligati jibagħtu rapporti finanzjarji superviżorji. Ir-Regolament jestendi r-rappurtar obbligatorju għal:

  • gruppi sinifikanti taħt superviżjoni li japplikaw ir-regoli nazzjonali tal-kontabbiltà ( national generally accepted accounting principles – nGAAP);

  • entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li jirrappurtaw individwalment skont l-IFRS u l-nGAAP (fosthom fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex taħt is-superviżjoni tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku iżda li huma stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti, kif ukoll sussidjarji ta’ gruppi sinifikanti taħt superviżjoni fi Stati Membri mhux parteċipanti jew f’pajjiżi terzi);

  • gruppi inqas sinifikanti li japplikaw l-nGAAP u entitajiet inqas sinfikanti taħt superviżjoni.

Ir-rappurtar ikopri partiti tal-karta tal-bilanċ bħal assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji, dħul u spejjeż, u dejta finanzjarja superviżorja oħra rilevanti.

Ir-Regolament ġie approvat mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE wara konsultazzjoni pubblika, inkluża laqgħa pubblika, u jirrifletti l-kummenti li waslu mill-partijiet interessati matul il-konsultazzjoni pubblika. Dawn it-tweġibiet, flimkien ma’ stqarrija bir-reazzjonijiet, u r-Regolament tal-BĊE jinsabu wkoll fil-websajt tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.

Għal aktar tagħrif tista’ ċċempel lil Rolf Benders (+49 69 1344 6925).

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja
Il-Whistleblowing (l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta)