Kull sena il-BĊE jippubblika rapport annwali dwar kif wettaq il-kompiti superviżorji tiegħu. Ir-rapport ġeneralment jiġi ppubblikat f’Marzu tas-sena ta’ wara.
Il-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE normalment jippreżenta r-rapport lill-Parlament Ewropew waqt seduta pubblika.
Il-proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 tal-banek żdied ftit mill-2019, u kien ta’ 15.2% fit-tielet trimestru tal-2020. Dan kien parzjalment riżultat tal-miżuri straordinarji superviżorji, regolatorji u ta’ taffija fiskali meħuda b’reazzjoni għall-kriżi.
Ir-redditu fuq l-ishma tal-banek naqas għal 2.1%, minn 5.2% fi tmiem l-2019. It-tnaqqis sostanzjali fil-profittabilità kien riżultat dirett tal-pandemija tal-koronavirus.
Il-Bord Superviżorju tal-BĊE ħa 2,643 deċiżjoni, il-biċċa l-kbira minnhom fuq valutazzjonijiet dwar il-kompetenza u l-idoneità (1,165), iżda wkoll relatati mal-kriżi tal-koronavirus (257) u mudelli interni (245).
Il-BĊE jissottometti r-rapport annwali dwar il-kompiti superviżorji lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill tal-UE, lill-Eurogrupp, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi taż-żona tal-euro