Il-BĊE jimponi tariffa superviżorja annwali fuq il-banek kollha taħt superviżjoni biex ikopri l-ispejjeż tas-superviżjoni bankarja.
It-tariffi totali annwali huma bbażati fuq l-ispejjeż attwali mġarrba, li jkunu magħrufa wara l-għeluq tal-kontijiet finanzjarji tal-BĊE għas-sena kkonċernata. Dan ifisser li l-ammont totali ta’ tariffi superviżorji annwali u d-Deċiżjoni tal-BĊE relatata jiġu ppubblikati f'Marzu tas-sena ta’ wara, fl-istess żmien tar-Rapport Annwali tal-BĊE dwar attivitajiet superviżorji.
Deċiżjoni tal-BĊE 2020 dwar it-tariffi superviżorji annwali totali
It-tariffa għall-2020 se jinġabar fit-tieni trimestru tal-2021.
Il-Kapitolu 6 tar-Rapport Annwali tal-BĊE dwar l-attivitajiet superviżorji jkun fih tagħrif dwar in-nefqa attwali u l-għadd ta’ persunal għall-kompiti superviżorji tal-BĊE u jiddeskrivi l-qafas tat-tariffi superviżorji għal dak il-perijodu ta’ rappurtar. Ikun fih ukoll l-ammont stmat tal-ispejjeż annwali għall-perjodu tariffarju li jmiss.
Rapport Annwali tal-BĊE dwar l-attivitajiet superviżorji
L-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali jkopri n-nefqa tal-BĊE marbuta mal-kompiti superviżorji tiegħu għall-perjodu tariffarju rilevanti, jiġifieri għal dik is-sena partikolari. Jiġbor fih:
L-ammont totali ta’ tariffi superviżorji annwali jinkludi wkoll:
In-nefqa annwali tal-BĊE għas-superviżjoni bankarja tikkonsisti primarjament mill- ispejjeż li jkollhom x’jaqsmu direttament mal-kompiti superviżorji tiegħu:
Kull kategorija ta’ kompiti tinkludi wkoll spejjeż li jkollhom x’jaqsmu indirettament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, bħal servizzi komuni pprovduti mill-oqsma tax-xogħol ta’ sostenn tal-BĊE, fosthom bini, ġestjoni tar-riżorsi umani u servizzi tat-teknoloġija tal-informatika (IT).
L-ammont totali impost mill-BĊE għandu jkopri, iżda ma jaqbiżx, in-nefqa mġarrba mill-BĊE marbuta mal-kompiti superviżorji tiegħu fil-perjodu tariffarju rilevanti. Sa u inkluż il-perjodu tariffarju tal-2019, il-BĊE ġabar tariffa bbażata fuq stima tal-ispejjeż għall-perjodu tariffarju, li jirriżulta f’bilanċ pożittiv jew defiċit bejn l-ammont miġbur u n-nefqa attwali li saret. Il-bilanċ pożittiv jew id-defiċit mis-sena ta’ qabel tnaqqas minn jew żdied mal-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għas-sena ta’ wara. Dan ifisser li, minkejja li t-tariffa għall-perjodu tariffarju tal-2020 tinġabar skont l-ispejjeż attwali magħmula, il-bilanċ pożittiv mill-perjodu tariffarju tal-2019 xorta jkollu jitnaqqas mit-tariffa tal-2020.
Fi tmiem l-2019, in-nefqa tal-BĊE għal kompiti superviżorji kienet ta' €537.0 miljun. Dan kien 4% inqas milli stmat, u rriżulta f’bilanċ pożittiv ta' €22.0 miljun, meta mqabbel man-nefqa stmata għal dik is-sena. Dan ser jitnaqqas mill-ammont totali li għandu jiġi impost fl-2020.
Mill-perjodu tariffarju 2021 ’il quddiem, bilanċ pożittiv jew defiċit bħal dan ma jibqax jeżisti.
Kull bank jew grupp bankarju taħt superviżjoni għandu jħallas tariffa għas-sena, jew għal parti minnha, li fiha jkunu taħt superviżjoni. Meta jseħħ tibdil fis-sitwazzjoni ta’ bank jew grupp bankarju wara li l-BĊE jkun iffinalizza l-avviż tariffarju superviżorju individwali, l-aġġustament jiġi rifless fl-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għall-perjodu tariffarju li jkun imiss. Bidliet fis-sitwazzjoni jinkludu l-awtorizzazzjonijiet ta’ banek ġodda taħt superviżjoni, l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet, jew bidliet fl-istatus minn sinifikanti għal inqas sinifikanti jew bil-maqlub.
Il-BĊE jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jiġbor it-tariffi superviżorji mill-banek u gruppi bankarji taħt superviżjoni. L-imgħax li jidħol fuq ħlas li jkun sar wara d-data ta’ skadenza u l-ammonti li ma setgħux jinġabru jitqiesu biex jiġi stabbilit l-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għas-sena ta’ wara.
Aġġustamenti oħra ammontaw għal rifużjoni netta ta’ € 1.0 miljun u huma inklużi fit-tariffa superviżorja annwali tal-2020.
Għall-perjodu tariffarju tal-2020, it-tariffa superviżorja annwali totali li trid tinġabar hija ta’ madwar €514.3 miljun (ara t-tabella hawn taħt). Dan ifisser tnaqqis ta’ €61.7 miljun fuq it-tariffa superviżorja annwali totali imposta fl-2019, li ammontat għal €576.0 miljun.
Total li għandu jinġabar fl-2020 |
Total miġbur fl-2019 |
Total miġbur fl-2018 |
|
|---|---|---|---|
| Tariffa superviżorja totali* | 514.3 | 576.0 | 474.8 |
| Nefqa attwali | 535.3 | 559.0 | 502.5 |
| Bilanċ pożittiv/defiċit mis-sena ta' qabel | -22.0 | 15.3 | -27.9 |
| Aġġustamenti oħra | 1.0 | 1.7 | 0.2 |
* L-ammonti kollha f’miljuni ta’ EUR. It-totali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
It-tnaqqis fin-nefqa fl-2020 huwa relatat mal-effetti tal-pandemija tal-koronavirus (COVID-19) fuq attivitajiet superviżorji. Aktar dettalji dwar tariffi tas-superviżjoni bankarja fl-2020, kif ukoll il-prospetti għall-2021, jistgħu jinstabu fil-Kapitolu 6 tar-Rapport Annwali tal-BĊE dwar l-attivitajiet superviżorji tal-2020.
L-ammont li jiġi rkuprat permezz ta’ tariffi superviżorji annwali jiddependi minn jekk l-entità taħt superviżjoni jew grupp bankarju jkunux sinifikanti (istituzzjoni sinifikanti, SI) jew anqas sinifikanti (istituzzjoni inqas sinifikanti, LSI) u, għalhekk, sa fejn tiġi eżaminata bir-reqqa mill-BĊE.
Tariffi għall-SIs 2020 |
Tariffi għal-LSIs 2020 |
Total |
|
|---|---|---|---|
| Tariffa superviżorja totali* | 476.5 | 37.8 | 514.3 |
| Stima ta' nefqa annwali | 499.1 | 36.2 | 535.3 |
| Bilanċ pożittiv/defiċit imtella' | -23.1 | 1.1 | -22.0 |
| Aġġustamenti oħra | 0.5 | 0.5 | 1.0 |
* L-ammonti kollha f’miljuni ta’ EUR. It-totali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.