Bidla fis-sitwazzjoni
Banek b’awtorizzazzjoni ġdida
Bank b’awtorizzazzjoni ġdida li jinsab fi Stat Membru parteċipanti u ma jiffurmax parti minn grupp bankarju eżistenti taħt superviżjoni għandu jħallas it-tariffa superviżorja annwali.
L-ammont jiġi kalkulat fuq l-għadd ta’ xhur sħaħ li fihom il-bank ikun taħt superviżjoni fil-perjodu tariffarju. Dan ifisser li bank b’awtorizzazzjoni ġdida għandu jħallas it-tariffa li tkopri l-perjodu mill-ewwel xahar sħiħ wara d-data tal-awtorizzazzjoni tiegħu sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena.
AwtorizzazzjonijietTneħħija tal-awtorizzazzjoni
Bank li l-liċenzja tiegħu hija revokata, jew grupp taħt superviżjoni li huwa ssorveljat għal parti biss tal-perjodu tariffarju, għandu jħallas tariffa superviżorja li tkopri n-numru ta’ xhur sħaħ fil-perjodu mill-1 ta' Jannar tas-sena kkonċernata sad-data li fiha l-awtorizzazzjoni tiegħu tkun intemmet. Jekk ikun diġà ħallas it-tariffa għall-perijodu tariffarju rilevanti, il-BĊE jirrifondi l-parti tat-tariffa li tkopri x-xhur wara li tkun intemmet l-awtorizzazzjoni tiegħu.
AwtorizzazzjonijietBidla fl-istatus bejn banek sinifikanti u inqas sinifikanti
Il-banek taħt superviżjoni huma klassifikati bħala sinifikanti jew inqas sinifikanti, skont għadd ta’ kriterji.
Kriterji li jistabbilixxu s-sinifikanzaBidla fl-istatus minn sinifikanti għal inqas sinifikanti, jew bil-maqlub, inkluż jekk minħabba għaqda jew akkwiżizzjoni, tista’ tfisser bidla fl-ammont tat-tariffa superviżorja annwali. Jekk l-istatus ta’ bank taħt superviżjoni jinbidel, il-BĊE jgħarraf direttament lill-bank taħt superviżjoni permezz ta’ deċiżjoni tal-BĊE li tispjega r-raġunijiet għall-bidla fl-istatus. It-tariffa annwali terġa’ tiġi kalkulata proporzjonalment.
Bidla fis-sitwazzjoni wara l-ħlas tat-tariffi superviżorji annwali
Jekk l-istatus ta’ bank taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni jinbidel wara li jkun diġà ħallas it-tariffa, il-BĊE jikkalkula mill-ġdid it-tariffa u jagħti rimborż jew joħroġ avviż tariffarju ieħor. Jekk tixtieq tinnotifika lit-tim tal-ħlasijiet dwar bidla fis-sitwazzjoni tal-bank tiegħek li tista’ taffettwa t-tariffa, jekk jogħġbok ibgħat email lil SSM-fee-enquiries@ecb.europa.eu.
Fatturi tariffarji applikabbli għal-bidla fis-sitwazzjoni
B'mod ġenerali, id-data ta’ referenza applikabbli għall-fatturi tariffarji hija l-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti. Fil-każ ta’ bidla fis-sitwazzjoni li tfisser li ma jeżistu l-ebda fatturi tariffarji għad-data ta’ referenza tas-soltu, allura d-data ta' referenza għall-fatturi tariffarji għandha tkun l-aħħar tat-trimestru l-eqreb għall-bidla fis-sitwazzjoni.
Eżempji fis-sottomissjoni ta’ fatturi tariffarji fl-FAQs