Mistoqsijiet komuni
... fuq il-kalkolu tat-tariffa superviżorja u d-dettalji ta’ kuntatt tad-debitur tariffarju
Stima tat-tariffa superviżorja annwali għall-perjodu tariffarju li jmiss tista’ tiġi kkalkolata permezz tal-għodda pprovduta fit-taqsima Stima t-tariffa tiegħek tas-sit elettroniku, li tiġi aġġornata kull sena bl-aktar data reċenti disponibbli. Jekk jekk jogħġbok innota li din l-istima għandha tintuża għal għanijiet indikattivi biss u tista’ tkun differenti mit-tariffa attwali.
L-istituzzjonijiet kollha li jħallsu t-tariffa li huma parti minn grupp taħt superviżjoni jinnominaw entità waħda biex taġixxi bħala d-debitur tariffarju f’isem il-grupp kollu. Dan isir billi tintbagħat notifika ffirmata lill-BĊE bil-posta jew b’email. Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni ta’ nomina ta’ debitur tariffarju ġdid hi t-30 ta’ Settembru kull sena biex jiġi żgurat proċess tariffarju bla xkiel.
Formola ta’ notifika ta’ debitur tariffarjuId-data tal-għeluq annwali għall-aġġornament tad-dettalji tad-debitur tariffarju hija t-30 ta’ Settembru. Id-debituri tariffarji li jkunu diġà pprovdew id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom huma obbligati jipprovdu aġġornament biss jekk ikun hemm xi tibdil. Jekk jogħġbok aqra d-dikjarazzjoni tal-protezzjoni tad-data.
Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom jiġu pprovduti biss permezz tal-portal onlajn tal-BĊE. Il-membri tal-istaff tal-BĊE m’għandhomx aċċess għall-kontijiet ta’ banek individwali fil-portal, għalhekk ma jistgħux jagħmlu dan f’isem xi bank. Il-BĊE jirrakkomanda li jiġi pprovdut indirizz tal-email relatat ma’ dipartiment jew grupp aktar milli ma’ membru tal-istaff individwali biex jiġi żgurat li l-bidliet tal-istaff intern ma jaffettwawx il-komunikazzjoni tal-BĊE mad-debituri tariffarji.
Jekk għadek ma rċevejtx il-user ID u l-password tiegħek, jew jekk tixtieq tibdel l-isem tad-debitur tariffarju, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim tariffarju, preferibbilment permezz ta’ email fl-indirizz SSM-fee-enquiries@ecb.europa.eu.
Dikjarazzjoni dwar il-ħarsien tad-dataIva, id-debituri tariffarji huma obbligati jinnotifikaw lill-BĊE dwar kull bidla fid-dettalji ta’ kuntatt tagħhom sat-30 ta’ Settembru ta’ kull perjodu tariffarju.
Jekk il-bidliet fl-istruttura tal-grupp tiegħek jaffettwaw il-kap tal-grupp jew l-entità sussidjarja li kienet id-debitur tariffarju nominat qabel, għandek tinnotifika lill-BĊE billi tissottometti formola ta’ notifika ġdida tad-debitur tariffarju. Bidliet oħra fi ħdan il-grupp ma jeħtiġux formola ta’ notifika ġdida tad-debitur tariffarju.
Id-debituri tariffarji għandhom jissottomettu l-formola tagħhom sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena biex jiġi żgurat proċess tariffarju bla xkiel.
Bidla fis-sitwazzjoni tiegħek jista’ jkollha impatt fuq il-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali. Jekk jogħġbok għarraf lit-tim tariffarju b’email dwar kull bidla fis-sitwazzjoni tal-bank tiegħek. Tirċievi tweġiba u tingħata tagħrif dwar kif għandek tipproċedi fil-każ partikolari tiegħek.
Bank b’awtorizzazzjoni ġdida li jinsab f’pajjiż parteċipanti f’superviżjoni bankarja Ewropea u li ma jiffurmax parti minn grupp eżistenti taħt superviżjoni għandu jħallas it-tariffa superviżorja annwali. L-ammont jiġi kalkulat fuq l-għadd ta’ xhur sħaħ li fihom il-bank ikun taħt superviżjoni fil-perjodu tariffarju.
Jekk jogħġbok ipprovdi lill-BĊE bid-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna jew, preferibbilment, tad-dipartiment responsabbli – b’mod partikolari l-indirizz tal-email – u l-BĊE jgħarrfek x’għandek tagħmel.
SSM-fee-enquiries@ecb.europa.euJekk il-bank tiegħek kien istituzzjoni individwali inqas sinifikanti qabel l-akkwiżizzjoni minn grupp sinifikanti taħt superviżjoni, dan jista’ jaffettwa t-tariffa superviżorja tiegħek. B'mod ġenerali, wara akkwiżizzjoni, it-tariffa superviżorja annwali tiġi kalkulata abbażi tal-għadd ta’ xhur sħaħ li tulhom l-entità taħt superviżjoni kienet istituzzjoni indipendenti inqas sinifikanti (Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorji).
Il-kalkolu tat-tariffa jsir fl-ogħla livell ta’ konsolidament fi ħdan il-pajjiżi parteċipanti f’superviżjoni bankarja Ewropea. Għalhekk, meta istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu parti minn grupp taħt superviżjoni stabbilit f’pajjiżi parteċipanti f’superviżjoni bankarja Ewropea, tiġi kalkolata u tinġabar tariffa waħda fil-livell ta’ grupp.
Jekk jogħġbok għarraf lit-tim tt-tariffi b’email dwar kull bidla fis-sitwazzjoni tal-bank tiegħek. Il-każ tiegħek jiġi evalwat u inti tingħata tagħrif dwar kif għandek tipproċedi fil-każ partikolari tiegħek.
... dwar kif tissottometti l-fatturi tariffarji
Il-BĊE huwa responsabbli għall-funzjonament effikaċi u konsistenti tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku kollu kemm hu, i.e. kemm għall-banek sinifikanti taħt is-superviżjoni diretta tiegħu kif ukoll għall-banek inqas sinifikanti taħt is-superviżjoni indiretta tiegħu. Il-banek kollha taħt superviżjoni għalhekk huma obbligati jħallsu tariffa superviżorja.
It-tariffa superviżorja annwali tiġi kalkolata fl-ogħla livell ta’ konsolidament għall-banek kollha taħt is-superviżjoni tal-BĊE abbażi ta’ fatturi tariffarji fid-data ta’ referenza tal-31 ta’ Diċembru tal-perjodu tariffarju preċedenti, jew fid-data ta’ referenza applikabbli kif spjegat fl-eżempji hawn taħt.
Il-BĊE jerġa’ juża d-data tal-FINREP u tal-COREP biex jiddetermina l-fatturi tariffarji għall-maġġoranza tal-banek taħt superviżjoni.
Żewġ kategoriji ta’ banek xorta waħda għandhom jipprovdu l-fatturi tariffarji tagħhom permezz ta’ proċess ta’ ġbir separat: (i) gruppi li jeskludu ammonti ta’ assi u/jew ammonti ta’ espożizzjoni għar-riskju ta’ sussidjarji fi Stati Membri mhux parteċipanti; u (ii) fergħat stabbiliti f’pajjiżi parteċipanti f’superviżjoni bankarja Ewropea minn istituzzjonijiet ta’ kreditu minn Stati Membri mhux parteċipanti li mhumiex soġġetti għar-Regolament FINREP tal-BĊE.
Id-debituri tariffarji li jkunu għad iridu jipprovdu fatturi tariffarji għandhom jibagħtu l-informazzjoni dwar il-fatturi tariffarji lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali permezz tal-formoli li jinsabu fl-annessi tad-Deċiżjoni tal-BĊE dwar il-fatturi tariffarji.
Il-fatturi tariffarji għandhom jiġu sottomessi sa meta jagħlqu l-uffiċċji fil-11 ta’ Novembru tas-sena attwali, jew fil-jum tax-xogħol li jkun imiss jekk il-11 ta’ Novembru ma jkunx jum tax-xogħol, bid-data ta’ referenza tal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel jew kif applikabbli; jekk jogħġbok ara l-eżempju hawn taħt. In-notifiki tariffarji jinħarġu fl-ewwel sitt xhur tas-sena ta’ wara l-perjodu tariffarju.
Il-fatturi tariffarji għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali permezz tal-formoli li jinsabu fl-annessi tad-Deċiżjoni tal-BĊE dwar il-fatturi tariffarji. Dawn il-formoli għandhom jimtlew skont l-istruzzjonijiet ipprovduti, li jinkludu wkoll tagħrif dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-verifika u l-approvazzjoni tal-maniġment u meta dawn ikunu meħtieġa.
Le. Għalkemm ir-Regolament dwar it-tariffi superviżorji jipprovdi l-għażla li jiġu esklużi assi ta’ sussidjarji li jinsabu fi Stati Membri mhux parteċipanti u f'pajjiżi barra l-UE, din l-għażla qiegħda hemm għall-benefiċċju tal-gruppi taħt superviżjoni affettwati, billi tnaqqas it-tariffi superviżorji annwali li kieku kien ikollhom iħallsu. Madankollu, jekk il-piż tal-kalkolu jkun akbar mit-tnaqqis mistenni fit-tariffi superviżorji annwali, ikun iżjed effiċjenti għall-grupp taħt superviżjoni li jinkludi dawn l-assi.
Biex jiġi żgurat proċess ta’ ġbir bla xkiel, jeħtieġ li jiġi stabbilit liema gruppi b’sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti jew f’pajjiżi terzi bi ħsiebhom jeskludu l-ammonti ta’ assi u/jew ta’ espożizzjoni għar-riskju mill-fatturi tariffarji tagħhom. Il-gruppi li jixtiequ jeskludu assi u/jew skopertura għar-riskju għandhom jinfurmaw lill-BĊE sat-30 ta’ Settembru dwar il-perjodu tariffarju permezz tal-portal online tal-BĊE.
Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorjiLe. It-tariffi superviżorji annwali jiġu imposti biss fuq fergħat stabbiliti f’pajjiż parteċipanti f’superviżjoni bankarja Ewropea minn bank prinċipali stabbilit fi Stat Membru mhux parteċipanti. Pereżempju, fergħa tal-UE f’pajjiż parteċipanti f’superviżjoni bankarja Ewropea (eż. il-Ġermanja) ikollha tħallas it-tariffa superviżorja lill-BĊE jekk il-bank prinċipali tagħha jkun stabbilit fi Stat Membru mhux parteċipanti. Il-bank prinċipali jista’ jkun soġġett għas-superviżjoni mill-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti (e.g. fl-Isvezja), u għalhekk jista’ jintalab iħallas lil din l-awtorità. Dan ir-rekwiżit hu indipendenti mir-rekwiżit li l-fergħa fl-UE trid tħallas tariffa superviżorja lill-BĊE.
F’dan il-kuntest, jekk jogħġbok innota dan li ġej:
- Żewġ fergħat jew iżjed li jħallsu t-tariffa u li jkunu stabbiliti mill-istess istituzzjoni ta’ kreditu f’pajjiż wieħed parteċipanti f’superviżjoni bankarja Ewropea jitqiesu bħala fergħa waħda.
- Fergħat li jħallsu t-tariffa tal-istess istituzzjoni ta’ kreditu stabbiliti f’pajjiżi Membri parteċipanti f’superviżjoni bankarja Ewropea (eż. il-Belġju u l-Ġermanja) ma jitqisux bħala fergħa waħda
- Għal fergħa u entità sussidjarja fl-istess pajjiż parteċipanti f’superviżjoni bankarja Ewropea, jiġu imposti żewġ tariffi superviżorji differenti.
Il-gruppi taħt superviżjoni li joperaw f’pajjiż wieħed jew aktar li jipparteċipaw f’superviżjoni bankarja Ewropea jridu jippreżentaw redditu wieħed biss, bl-użu tal-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni f’dawk il-pajjiżi li jipparteċipaw f’superviżjoni bankarja Ewropea. Tiġi kalkolata tariffa superviżorja waħda.
Trattament tal-gruppi bankarjiJekk debitur tariffarju li għad irid jipprovdi fatturi tariffarji jonqos milli jipprovdi l-fatturi tariffarji, il-BĊE jiddetermina l-fatturi tariffarji neqsin huwa stess billi juża jew id-data FINREP u/jew id-data COREP disponibbli fil-BĊE, jew abbażi tal-informazzjoni disponibbli. Jekk il-fatturi tariffarji ma jintbagħtux, dan jitqies bħala ksur tar-Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorji u jista’ jwassal għal sanzjonijiet.
Deċiżjoni tal-BĊE dwar il-fatturi tariffarjiJekk inti bgħatt formoli ta’ fatturi tariffarji separati permezz tal-awtorità nazzjonali kompetenti tiegħek, tista’ terġa' tibgħat id-data tal-fatturi tariffarji billi tuża l-istess format u mod ta' sottomissjoni matul il-perjodu ta’ 15-il jum tal-kummenti. Jekk il-BĊE ddetermina l-fatturi tariffarji tiegħek abbażi tad-data FINREP u/jew tad-data COREP u l-valuri tal-espożizzjoni totali għar-riskju/l-assi totali disponibbli fil-portal onlajn ikunu skaduti, tista’ terġa’ tibgħat ir-rapporti tal-FINREP u COREP tiegħek matul il-perjodu ta’ 15-il jum għall-kummenti permezz tal-awtorità nazzjonali kompetenti tiegħek. Ta’ min jinnota li d-data FINREP u d-data COREP tista’ tinbidel wara l-perjodu ta’ 15-il jum għall-kummenti. Madankollu, għal skopijiet tariffarji, ladarba d-data tkun intużat għall-kalkolu tat-tariffa superviżorja għall-perjodu tariffarju, emendi futuri ma jiġux ikkunsidrati u ma jsir ebda kalkolu ġdid tat-tariffi superviżorji.
Id-Deċiżjoni tal-BĊE dwar il-fatturi tariffarji tistabbilixxi l-metodoloġija u l-proċeduri għall-kalkolu taż-żewġ fatturi tariffarji, i.e. l-assi totali u l-espożizzjoni totali għar-riskju.
Iva. Fergħat li huma stabbiliti f’pajjiżi li jipparteċipaw fis-superviżjoni bankarja Ewropea minn istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti, huma ssorveljati mill-BĊE (indirettament fil-każ ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti) u huma responsabbli għal tariffi superviżorji. Skont is-sinifikanza tagħhom, is-superviżjoni diretta ta’ dawn il-fergħat issir jew mill-BĊE jew mill-awtorità kompetenti nazzjonali. Għalhekk, sakemm ma jkunux soġġetti għar-Regolament dwar il-FINREP tal-BĊE, huma obbligati jirrapportaw fatturi tariffarji lill-BĊE, li se jintużaw biex tiġi ddeterminata t-tariffa superviżorja annwali tagħhom.
Regolament Qafas tal-MSUSkont l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar it-tariffi superviżorji tal-BĊE, meta entità taħt superviżjoni tkun taħt superviżjoni għal parti biss mill-perjodu tariffarju, it-tariffa superviżorja annwali tiġi kalkolata fuq l-għadd ta’ xhur sħaħ tal-perjodu tariffarju li matulu l-entità tkun taħt superviżjoni. Għall-perjodu tariffarju tal-2024, id-data ta’ referenza applikabbli għall-fatturi tariffarji tal-entitajiet taħt superviżjoni hija l-31 ta’ Diċembru 2023, f’konformità mal-Artikolu 10(3)(ba) tar-Regolament dwar it-tariffi superviżorji. Għalhekk se tiġi ddeterminata tariffa superviżorja għax-xahar ta’ Jannar 2024.
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar it-tariffi superviżorji tal-BĊE, meta entità taħt superviżjoni tkun taħt superviżjoni għal parti biss mill-perjodu tariffarju, it-tariffa superviżorja annwali tiġi kalkolata fuq l-għadd ta’ xhur sħaħ tal-perjodu tariffarju li matulu l-entità tkun taħt superviżjoni. Għall-perjodu tariffarju tal-2024, id-data ta’ referenza applikabbli għall-fatturi tariffarji tal-entitajiet taħt superviżjoni hija l-31 ta’ Diċembru 2023, f’konformità mal-Artikolu 10(3)(ba) tar-Regolament dwar it-tariffi superviżorji. Għalhekk, se tiġi kalkolata tariffa superviżorja għall-perjodu minn Jannar sa Marzu 2024.
Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorjiF’konformità mal-Artikolu 10(3)(bc) tar-Regolament dwar it-tariffi superviżorji, għad-debituri tariffarji stabbiliti wara l-1 ta’ Jannar iżda qabel l-1 ta’ Ottubru f’sena partikolari, id-data ta’ referenza għall-fatturi tariffarji għandha tkun it-tmiem tat-trimestru li fih ikun ġie stabbilit id-debitur. Pereżempju, għal entità stabbilita fl-1 ta’ April 2024, id-data ta’ referenza hija t-30 ta’ Ġunju 2024.
Skont l-Artikolu 10(3)(bb) tar-Regolament dwar it-tariffi superviżorji, meta entità taħt superviżjoni tħejji kontijiet annwali, inklużi kontijiet annwali konsolidati, abbażi ta’ sena tal-kontabilità li tkun differenti mis-sena kalendarja, id-data ta' referenza għall-assi totali għandha tkun it-tmiem tas-sena tal-kontabilità li jikkorrispondi għall-perjodu tariffarju preċedenti. Pereżempju, għal entità bis-sena kontabilistika li tintemm fil-31 ta’ Marzu, id-data ta’ referenza għall-assi totali tagħha għandha tkun il-31 ta’ Marzu 2023 għall-perjodu tariffarju tal-2024. Id-data ta’ referenza għall-iskopertura totali għar-riskju tal-entità mhijiex affettwata minn tmiem is-sena kontabilistika mhux standard tagħha u xorta tkun il-31 ta’ Diċembru 2023 għall-istess perjodu tariffarju.
Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorjiMhux bilfors. Għal fergħat li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament FINREP tal-BĊE, il-BĊE jiddetermina l-fatturi tariffarji tagħhom abbażi tal-assi totali rrapportati għal skopijiet prudenzjali. Għal fergħat li huma obbligati jissottomettu formoli tal-fatturi tariffarji, l-assi totali għandhom jikkorrispondu għall-ammont ta’ assi totali stipulat fl-Artikolu 2(12)(b) tar-Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorji. Għalhekk, fergħa ta’ istitut ta’ kreditu li tkun stabbilita fi Stat Membru mhux parteċipanti għandha tissottometti lill-BĊE l-assi totali kalkolati abbażi tal-valur totali kif determinat abbażi tal-kontiijiet annwali verifikati l-iżjed reċenti li jkunu tħejjew skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) kif applikabbli fi ħdan l-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u, jekk dawn il-kontijiet annwali ma jkunux disponibbli, il-kontijiet annwali mħejjija skont il-liġijiet tal-kontabilità nazzjonali applikabbli. Għal fergħat li jħallsu t-tariffa li ma jħejjux kontijiet annwali, assi totali jfissru l-valur totali tal-assi kif determinat skont l-Artikolu 51(5) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17), i.e. data statistika. Il-fergħat li jirrappurtaw il-valur totali tal-assi għal skopijiet prudenzjali fuq bażi volontarja, jistgħu jużaw dan il-valur għad-determinazzjoni tal-fattur tariffarju tal-assi totali. Madankollu, il-BĊE ma jerġax juża l-informazzjoni sottomessa volontarjament biex jiddetermina l-fatturi tariffarji u xorta jkun meħtieġ li tintbagħat il-formola tal-fatturi tariffarji.
Mhux bilfors. Minflok verifika tal-awditur bħala mezz ta’ ċertifikazzjoni tal-assi totali tal-fergħa, il-maniġer tal-fergħa jew, jekk il-maniġer ma jkunx disponibbli, il-korp maniġerjali tal-istituzzjoni ta’ kreditu li jistabbilixxi l-fergħa li tħallas tariffa għandu jiċċertifika l-assi totali tal-fergħa permezz ta’ ittra tal-maniġment sottomessa lill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti. Mudell għall-ittra tal-maniġment hu anness.
Din l-eċċezzjoni tapplika biss għall-fergħat li jħallsu t-tariffa u ma tapplikax għal debituri tariffarji li huma meħtieġa jipprovdu verifika tal-awditur tar-rapporti finanzjarji tagħhom skont l-Artikolu 3.2(b) tad-Deċiżjoni tal-BĊE dwar il-fatturi tariffarji.
... dwar kif titħallas it-tariffa superviżorja
Il-BĊE joħroġ notifika tariffarja elettronikament permezz tal-portal onlajn tal-BĊE lil kull debitur tariffarju. Id-data mistennija tal-ħruġ hi fit-tieni trimestru tal-perjodu tariffarju li jkun imiss. Għall-perjodu tariffarju 2023, dan ikun fit-tieni trimestru tal-2024. Notifika awtomatika bl-email dwar kif għandha tittella’ l-korrispondenza relatata (notifika tariffarja, tfakkira jew ittra dwar imgħax) tintbagħat lill-indirizz tal-email preferut (prinċipali) li inti tkun bgħatt permezz tal-portal onlajn tal-BĊE.
Għal debituri tariffarji li huma parti mis-superviżjoni bankarja Ewropea abbażi ta’ kooperazzjoni mill-qrib, jinħareġ avviż tariffarju mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti.
Jekk ma rċevejtx in-notifika tariffarja sa tmiem dan il-perjodu, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim tariffarju permezz ta’ email.
SSM-fee-enquiries@ecb.europa.euId-dettalji tal-ħlas ikunu dejjem fit-tieni paġna tad-dokument rispettiv. Jekk tkun trid konferma addizzjonali tad-dettalji tal-ħlas, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim tariffarju permezz ta’ email.
SSM-fee-enquiries@ecb.europa.euIt-tariffa superviżorja titqies bħala imposta pubblika skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva dwar il-VAT (2006/112/KE) u għalhekk hija eżentata mill-VAT. Il-BĊE, bħala istituzzjoni tal-UE, mhux meħtieġ jirreġistra għall-VAT jew għall-finijiet tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji u għalhekk m’għandu ebda numru tal-identifikazzjoni tat-taxxa.
Is-superviżuri nazzjonali għandhom rwol importanti fis-superviżjoni bankarja fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku.
Madankollu, l-ispejjeż superviżorji tagħhom ma jitqisux fil-kalkolu tat-tariffa superviżorja li titħallas lill-BĊE. Dan ifisser li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jżommu d-dritt tagħhom li jiġbru tariffi skont il-liġi nazzjonali. Kull mistoqsija relatata mat-tariffa tal-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tiġi indirizzata direttament lill-punt ta’ kuntatt tal- awtorità kompetenti nazzjonali.
Superviżuri nazzjonaliIl-BĊE huwa responsabbli biss għall-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (mhux għall-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni). Il-BĊE u l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) huma istituzzjonijiet indipendenti. Kull mistoqsija relatata mal-fatturazzjoni tal-SRB għandha tiġi indirizzata lill-punt ta’ kuntatt tal-SRB tiegħek jew direttament lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni.
Iva. Infatti l-metodu ta’ ħlas rakkomandat mill-BĊE hu d-debitu dirett permezz tas-SEPA. Id-debitu dirett jiżgura li t-tariffa titħallas f’waqtha u, għalhekk, jiġu evitati imposti tal-imgħax fuq ħlasijiet li jsiru tard. Jekk tagħżel dan il-metodu ta’ ħlas, tista’ ddaħħal id-dettalji bankarji tiegħek permezz tal-portal onlajn u tistampa formola ta’ mandat tad-debitu dirett. Jekk jogħġbok iffirma u ibgħat l-oriġinal fl-indirizz tal-BĊE indikat fuq il-formola tal-mandat jew skennjat lil SSM-fee-enquiries@ecb.europa.eu.
Tista’ tħallas permezz ta’ trasferiment bankarju sa 14-il jum qabel id-data dovuta, għalkemm mhux meħtieġ. Ladarba nibdew inħejju għad-debitu dirett, inti tirċievi notifika mingħandna li tispeċifika d-data eżatta li fiha għandek tieqaf milli tagħmel it-trasferimenti. Jekk jogħġbok żomm ma’ din l-iskadenza biex tevita pagamenti doppji.
Jekk ikun hemm żball fattwali fin-notifika tariffarja, jew għal mistoqsijiet ġenerali oħra, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim tariffarju.
SSM-fee-enquiries@ecb.europa.euDan hu mingħajr preġudizzju għad-dritt tad-debitur tariffarju li jissottometti appell kontra n-notifika tariffarja lill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami. L-appelli kollha għandhom jiġu sottomessi fi żmien xahar minn meta wieħed jirċievi n-notifika tariffarja.
Bord Amministrattiv ta’ ReviżjoniId-deċiżjonijiet meħuda mill-BĊE fil-qadi tal-kompiti superviżorji tiegħu jistgħu jiġu kontestati wkoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.
Stqarrija dwar il-kummentiIt-tariffi jkunu dovuti fi żmien 35 jum mid-data tal-ħruġ tan-notifika tariffarja.
Fil-każ li t-tariffi jitħallsu parzjalment jew ma jitħallsux, il-BĊE għandu dritt jimponi l-imgħax għal kull jum fuq l-ammont tat-tariffa superviżorja li ma jkunx tħallas.
L-imgħax jakkumula b’rata annwali ekwivalenti għar-rata ewlenija ta’ rifinanzjament tal-BĊE b’żieda ta’ 8 punti perċentwali mid-data meta l-ħlas kien dovut sal-jum ta’ qabel id-data meta l-ammont li ma jkunx tħallas jidħol bħala kreditu fil-kont bankarju tal-BĊE.
Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorji...dwar kwistjonijiet tekniċi relatati mal-portal onlajn
Tista’ terġa’ tissettja l-password tiegħek billi tikklikkja fuq “Request new password” u ddaħħal il-username tiegħek u l-indirizz tal-email diġà rreġistrat (dan hu l-indirizz tal-email magħżul bħala l-indirizz tal-email preferut għall-komunikazzjoni mal-bank tiegħek u dak fejn il-BĊE jibgħat in-notifiki). Jekk jibqa’ jkollok il-problemi, jekk jogħġbok ibgħat email lil SSM-fee-enquiries@ecb.europa.eu.
Il-portal onlajn hu kompatibbli biss mal-brawżers tal-internet li ġejjin: Google Chrome (l-aħħar verżjoni), Microsoft Edge (l-aħħar verżjoni), Mozilla Firefox (l-aħħar verżjoni). Nirrakkomandaw ukoll li tħassar il-cookies mill-brawżer tiegħek.
Jekk xorta waħda jibqa’ jkollok problemi tekniċi minkejja li tikkonforma ma’ dan ta’ hawn fuq, jekk jogħġbok ikkuntattjana permezz ta’ email.
SSM-fee-enquiries@ecb.europa.euJekk jogħġbok ibgħat email lit-tim tariffarju bi screenshot tal-iżball u/jew l-IBAN rilevanti. It-tim tariffarju jżid il-kodiċi bankarju fis-sistema tal-BĊE u mbagħad jitolbok terġa’ ddaħħal l-IBAN permezz tal-portal onlajn.
SSM-fee-enquiries@ecb.europa.euLe, in-notifiki tariffarji jintbagħtu biss fl-indirizz tal-email li tkun għażilt bħala l-indirizz “preferut” tiegħek. Jekk jogħġbok iċċekkja l-portal onlajn u, jekk ikun meħtieġ, ibdel il-preferenzi tiegħek. Jekk ma rċevejtx notifika tariffarja, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim tariffarju permezz ta’ email. Il-BĊE jirrakkomanda li inti tipprovdi indirizz tal-email relatat ma’ dipartiment jew grupp, aktar milli ma’ membru tal-istaff individwali biex jiġi żgurat li l-bidliet interni tal-istaff ma jaffettwawx il-komunikazzjoni tagħna miegħek.
SSM-fee-enquiries@ecb.europa.euIl-lingwa prestabbilita tal-portal online tal-BĊE hija dejjem stabbilita għall-Ingliż. Madankollu, matul il-logon, l-utenti jistgħu jagħżlu l-lingwa uffiċjali preferuta tagħhom mill-UE mil-lingwi tal-pajjiżi li jipparteċipaw fis-superviżjoni bankarja Ewropea.
Barra minn hekk, id-debituri tat-tariffi jistgħu jagħżlu wkoll il-lingwa li biha jirċievu l-avviż tariffarju u l-korrispondenza relatata. Wara li jilloggjaw fil-portal online, l-utenti jistgħu jaċċessaw il-manwal biex isibu struzzjonijiet dwar kif jissettjaw il-lingwa tal-korrispondenza.
Barra minn hekk, il-formola tad-debitu dirett bis-SEPA tiġi pubblikata bil-lingwi kollha taż-żona tal-euro fil-websajt tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.
Jekk ikollok mistoqsijiet oħra, jekk jogħġbok ikkuntattja direttament lit-tim tariffarju tal-BĊE jew staqsi liċ-chatbot pilota tagħna l-"ECBot". Tista' taċċessa l-ECBot billi tikklikkja fuq l-ikona li tinsab fir-rokna tan-naħa tal-lemin t'isfel tal-paġni web kollha tat-tariffi superviżorji.