Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Portal SSM

Tinsab fil-post it-tajjeb: il-portal SSM issostitwixxa l-portal IMAS, u joffri l-kapaċitajiet u l-proċessi kollha li kien joffri l-Portal IMAS, u aktar.

Kwalunkwe referenza għall-portal IMAS issa tirreferi għall-portal SSM.

X’inhu l-portal SSM

Il-portal SSM (li qabel kien IMAS) jippermetti lil banek taħt superviżjoni u lil partijiet terzi jissottomettu informazzjoni relatata mal-proċessi superviżorji, jintraċċaw l-istatus tagħhom u jiskambjaw informazzjoni mas-superviżuri. Jekk għandek diġà kont tista’ tidħol fis-sistema u tirrikonoxxi t-termini u l-kundizzjonijiet.

Idħol fil-portal SSM

Min jista’ juża l-portal SSM

Il-portal SSM jista’ jintuża minn banek taħt superviżjoni (sinifikanti jew inqas sinifikanti) u partijiet terzi (entitajiet mhux taħt superviżjoni jew persuni fiżiċi) skont il-kategorija tal-proċess.

Proċessi disponibbli permezz tal-Portal SSM

Għal banek sinifikanti u inqas sinifikanti

Għal banek sinifikanti biss

Sistema ta’ użu

L-użu tal-portal SSM huwa obbligatorju bil-liġi jew bħala prattika amministrattiva f’xi pajjiżi u volontarju f’oħrajn, skont ukoll il-kategorija tal-proċess. Għal informazzjoni dettaljata tista’ tikkonsulta s-sistema tal-użu.

Kif tikseb aċċess

Il-banek taħt superviżjoni jistgħu joħolqu l-utenti tagħhom stess u jiġġestixxu l-aċċess tal-utenti tagħhom għall-portal SSM. Huma jaħtru amministraturi delegati li jwettqu dan il-kompitu.

Il-BĊE jaġixxi bħala l-amministratur ta’ kontijiet ta’ utenti terzi.

Banek taħt superviżjoni (sinifikanti u inqas sinifikanti)

Biex tirreġistra bank taħt superviżjoni ġdid, jekk jogħġbok żur l-app ta’ reġistrazzjoni tal-portal SSM.

Għall-banek li huma diġà rreġistrati, l-amministraturi ddelegati jistgħu jaċċessaw il-Portal tal-Identità tal-BĊE u l-portal SSM biex iżidu utenti ġodda u jagħtu permessi lil utenti individwali, rispettivament. Dawn l-amministraturi mbagħad jaħtru ulterjorment amministraturi ddelegati għall-organizzazzjoni tagħhom fil-Portal tal-Identità tal-BĊE.

Struzzjonijiet dettaljati dwar kif taċċessa l-portal jistgħu jinstabu fil-gwidi t’hawn taħt.

Manwal tal-utent għal amministraturi ddelegati Kif taċċedi għall-portal SSM għall-ewwel darba Spjegazzjoni tal-portal SSM: kif naċċedi għal proċessi differenti Gwida Rapida għall-applikazzjonijiet superviżorji

Partijiet terzi (entitajiet mhux taħt superviżjoni u persuni fiżiċi)

Il-kontijiet ta’ utenti terzi huma amministrati mill-BĊE. Biex tirreġistra, timmodifika jew tħassar kont ta’ utent terz, jekk jogħġbok żur l-app ta’ reġistrazzjoni tal-portal SSM

Kif tirċievi appoġġ

Għal kwistjonijiet tekniċi relatati mal-portal SSM jew mal-Portal tal-Identità tal-BĊE, jekk jogħġbok ikkuntattja liċ-Ċentru ta’ Appoġġ tal-BĊE fuq supportcenter@ecb.europa.eu jew +49 69 1344 7766.

Għal mistoqsijiet kummerċjali, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Awtorità Nazzjonali Kompetenti tiegħek. Tista’ ssib id-dettalji ta’ kuntatt fil-portal SSM. Speċifikament għall-mudelli interni, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-Tim Superviżorju Konġunt tiegħek.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima